Figuri mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jgħidu li 1 minn kull 160 tifel u tifla għandhom sinjali ta’ Awtiżmu filwaqt li studji oħra rrapportaw ċifri ogħla minn hekk, u jisħqu li 1% tal-popolazzjoni għandhom sinjali ta’ Awtiżmu, qal Alfred Sant f’seminar dwar ‘L-Istrateġija tal-UE dwar l-Awtiżmu Biex Ħadd ma Jibqa’ Lura’ fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

Dr Sant semma l-konklużjonijiet tal-programm ta’ tliet snin iffinanzjat mill-UE ‘Autism Spectrum Disorders in the European Union’ (ASDEU) li juru l-ħtieġa ta’ kura kostanti. Persuni b’sinjali ta’ awtiżmu għadhom soġġetti għall-umiljazzjoni u d-diskriminazzjoni, u għadhom imċaħħda milli jipparteċipaw fil-komunitajiet tagħhom.

L-Ewroparlamentari Malti rrefera għal konklużjonijiet tal-istudju tal-ASDEU dwar l-iżvilupp ta’ pjan ta’ saħħa pubblika fuq livell Ewropew. Dr Sant tkellem favur il-ħtieġa ta’ azzjonijiet, li jinkludu koordinament bejn l-istati membri li jwassal għal numru ta’ strateġiji nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE bbażati fuq linji gwida komuni u prattiċi armonizzati.

Dr Sant faħħar lis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis għall-isforzi biex Malta timxi minn kunċett ta’ esklużjoni, għal wieħed ta’ soċjeta` ħolistika bbażata fuq l-inklużjoni.

L-ISTABILITA’ TAL-EWRO TIDDEPENDI MILL-ITALJA

Il-'Eurogroup' esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-Budget tal-Italja għall-perjodu 2019-2021. Mario Centeno, Chairman tal-Eurogroup qal li trid tittieħed azzjoni dwar l-effetti ...
Read More

X’SE JMISSU GĦAWDEX MILL-BUDGET EWROPEW?

Bir-regoli attwali tal-UE, il-gżejjer tal-UE bħal Għawdex ma għandhomx ċans jibbenefikaw mill-pjan ta’ investiment ta’ Juncker. Dan qalu Alfred Sant ...
Read More

€147 BILJUN ANQAS MILL-VAT

L-Istati membri tal-UE tilfu €147.1 biljun fid-dħul tal-VAT fl-2016, skont studju tal-Kummissjoni Ewropea.  Il-Kummissarju tat-tassazzjoni Pierre Moscovici qal li t-telf ...
Read More

“REFERENDUM  INVALIDU FIL-MAĊEDONJA ” – IR-RUSSJA

Ir-Russja qalet li n-nuqqas ta’ interess fir-Referendum minn nies tal-Maċedonja tagħmlu invalidu u tfisser li din id-deċiżjoni se tkun sfurzata ...
Read More

IL-POLONJA GĦALL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Il-Kummissjoni ħabbret li b’mod urġenti se tirreferi l-liġi dwar il-Qorti Suprema li daħlet fis-seħħ fil-Polonja lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Din id-deċiżjoni ...
Read More

30% TAL-ENERĠIJA MINN SORSI RINOVABBLI

30% tal-elettriku kkonsmat fl-UE fl-2016 kien ġej minn sorsi rinovabbli. L-enerġija mill-ilma ammontat għal 36.9% tal-elettriku ġġenerat minn sorsi rinovabbli ...
Read More

GĦANDHOM JIGGARANTIXXU PENSJONIJIET SOSTENIBBLI

Alfred Sant, Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew qal li l-gvernijiet Ewropej għandhom jiggarantixxu pensjonijiet adegwati u sostenibbli u fejn ...
Read More

1 MINN 160 TIFEL U TIFLA B’SINJALI TA’ AWTIŻMU

Figuri mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jgħidu li 1 minn kull 160 tifel u tifla għandhom sinjali ta’ Awtiżmu filwaqt li studji ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment