Madwar 100 miljun ċittadin Ewropew ibati minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Minn dawn nofshom ma jmorrux xogħol għal tlett ijiem jew aktar. Huwa stmat li l-ispejjeż diretti u indiretti tal-mard fl-għadam u l-muskoli jlaħħaq il-€240 biljun fis-sena jew 2% tal-GDP fl-Unjoni Ewropea kollha. F’survey tal-Kummissjoni Ewropea nstab li f’Malta, wieħed minn kull ħamsa ħassew xi uġigħ fil-ġimgħa. Dan juri li ħafna Maltin u l-familji tagħhom qed jintlaqtu minn din il-problema.

Matul il-presidenza tagħha tal-Unjoni Ewropea, Malta qed tagħti l-appoġġ għal-laqgħa tal-Organizzazzjoni matul il-presidenza tagħha fl-2017. “Ir-rikonoxximent li l-gvern Malti ta lil SIP 2017 juri l-importanza ta’ din il-kwistjoni u tal-impatt li jħalli l-uġigħ fuq is-soċjetajiet. Ninsab kunfidenti li l-konklużjonijiet li ntlaħqu llum jwasslu għall-żvilupp politiku li nkunu nistgħu niddiskutu f’Malta s-sena d-dieħla. Il-preżenza ta’ din il-laqgħa fil-presidenza Maltija hija okkażjoni perfetta biex nisħqu dwar l-importanza li nindirizzaw l-uġigħ kroniku fuq livelli nazzjonali.” qal Alfred Sant waqt Simposju dwar l-impatt tal-Uġigħ fuq is-Soċjeta’ (SIP) fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

SIP hija organizzazzjoni internazzjonali maħluqa fl-2010 bl-għan li tiżdied il-kuxjenza dwar l-impatt tal-uġigħ kroniku fuq is-soċjeta`, fil-qasam tas-saħħa u tal-ekonomija; ixxerred l-informazzjoni u metodi li jaħdmu fl-UE; tiżviluppa strateġiji politiċi biex titjieb il-kura fl-Ewropa.

KIEKU…

Il-ministri tal-finanzi taż-żona ewro fi Brussell qablu dwar is-somma ta’ 10.3 biljun ewro biex jittaffa d-dejn tal-Greċja. Dan ir-ritwal ta’ ...
Read More

QBIL DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

Wara 10 sigħat ta’ negozjati l-Ministri tal-Finanzi tal-UE laħqu qbil dwar l-ewwel missjoni ta’ monitoraġġ għat-tielet pjan ta’ salvataġġ Grieg ...
Read More

L-OPERAZZJONI SOFIA ESTIŻA B’SENA

L-‘Operazzjoni SOFIA’ -  l-operat tal-missjoni navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran Ċentrali - ġġeddet b’sena bil-għan li tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani jikkontrollaw it-traffikar ...
Read More

IL-VISA LIT-TOROK TRID AKTAR ŻMIEN

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li jeħtieġ aktar żmien għal-liberalizzazzjoni tal-Visa lit-Torok, minħabba li l-President Tork Erdogan għadu qed jirrifjuta ...
Read More

RAPPORT DWAR L-IMPATT TAT-TTIP

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport tekniku għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) ...
Read More

SENA NIFS GĦAL SPANJA DWAR ID-DEFIĊIT

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Spanja sena oħra biex treġġa’ lura d-defiċit tal-gvern taħt it-3% tal-PGD, kif jitolbu r-regoli tal-UE. Fl-2015 ...
Read More

SENTEJN BIEX JANALIZZAW  L-UŻU TAL-GLYPHOSATE

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Ewropea se tipproponi lill-esperti tal-istati membri, estensjoni ta’ sentejn għall-awtorizzazzjoni tal-‘glyphosate’ biex l-Aġenzija Ewropea ...
Read More

100,000,000 EWROPEW B’UĠIGĦ FL-GĦADAM U L-MUSKOLI

Madwar 100 miljun ċittadin Ewropew ibati minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Minn dawn nofshom ma jmorrux xogħol għal tlett ijiem ...
Read More

UTOPIA FI SPANJA

Marinaleda hija belt Spanjola mingħajr qgħad, kriminalita` u mingħajr bżonn ta’ pulizija.  Mhix ħolma. Tinsab fin-nofsinhar ta’ Spanja.  Deskritta bħala ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment