Madwar 25,300 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tal-Ewropa fl-2017. Dan juri tnaqqis ta’ 2% fuq 2016. Fl-2016 kien ġie reġistrat tnaqqis simili fuq is-sena ta’ qabel.

Fl-2017 kien hemm 135,000 persuna li weġġgħu serjament f’inċidenti fit-toroq tal-Ewropa.

Violeta Bulc, Kummissarju għat-Trasport qalet li minkejja dan it-tnaqqis minimu fl-għadd ta’ mwiet, xorta għadha xettika li jintlaħaq l-għan li jonqsu bin-nofs l-għadd ta’ nies li jmutu f’inċidenti ta’ traffiku bejn 2010-2020.

“Qegħdin nagħmlu progress, iżda jonqos ħafna aktar xi jsir biex nevitaw aktar imwiet fit-toroq tagħna.”, qalet Bulc meta qalet li mietu 49 minn kull 1,000,000 persuna. Din kienet l-anqas ċifra ta’ mwiet fl-istorja tal-UE u hija ħafna anqas mill-imwiet fi nħawi oħra tad-dinja.

Membri stati tal-UE tejbu l-livelli tas-sigurta` u naqqsu r-rata tal-imwiet fit-toroq tagħhom. L-Estonja naqqset l-imwiet bi 32%. Malta u l-Irlanda naqqsu l-imwiet bi 17% u bi 15% rispettivament.

Bulc qalet li biex jintlaħaq tnaqqis ta’ 50% ta’ mwiet fit-toroq Ewropej, fis-snin li ġejjin dawn iridu jonqos b’14% kull sena.

Fis-16 ta’ Mejju Bulc se tniedi proposti ġodda dwar livelli ta’ sigurta` u pjan ta’ azzjoni għal 2020-2030.

APPOĠĠ LILL-GŻEJJER U R-REĠJUNI FIL-PERIFERIJA TAL-UE

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li titlob għal kunsiderazzjoni akbar ta’ ċerti karatteristiċi ...
Read More

FERMENT KONTRA ORBAN

Eluf ħonqu l-pjazez ta’ Budapest fi tmiem il-ġimgħa jitolbu li jerġgħu jingħaddu l-voti wara li Victor Orban rebaħ l-elezzjoni fl-Ungerija ...
Read More

25,300 TILFU ĦAJJITHOM FIT-TOROQ TAL-EWROPA FL-2017

Madwar 25,300 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tal-Ewropa fl-2017. Dan juri tnaqqis ta’ 2% fuq 2016. Fl-2016 kien ġie reġistrat tnaqqis ...
Read More

INĊIDENT TERRORISTIKU KULL SITT IJIEM FL-EWROPA

Fl-2017 seħħ inċident terroristiku kull sitt ijiem fl-Ewropa. Huwa stmat li fl-Ewropa hawn bejn 50,000 u 70,000 individwi radikalizzati, 20,000 ...
Read More

KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA

Id-diskussjonijiet tal-UE mal-Istati Uniti dwar il-kummerċ mexjin b’ritmu tajjeb. L-UE tinsab f’taħdidiet mal-Istati Uniti biex tipprova tevita t-tariffi fuq l-importazzjoni ...
Read More

SUQ KOMUNI GĦALL-ISTATI BALKANI

Il-President tas-Serbja Aleksandar Vučić talab lill-istati Balkani l-oħra jsolvu d-differenzi u joħolqu suq komuni bejniethom biex jattiraw l-investiment dirett barrani ...
Read More

TĦASSSIB DWAR L-EWWEL IMPJANT NUKLEARI TAT-TURKIJA

Ġimgħa wara li nbeda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-ewwel power station nukleari fit-Turkija, mibnija mir-Russi, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda f’kuntatt mal-awtoritajiet Torok ...
Read More

IL-MAROKK F’INIZJATTIVA DWAR L-ILMA U L-IKEL FIL-MEDITERRAN

Il-Marokk sar parti formali minn inizjattiva  Ewro-Mediterranja favur soluzzjonijiet ġodda għal tmexxija sostenibbli tal-ilma u l-ikel fir-reġjun tal-Mediterran. Il-Marokk ingħaqad ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment