Il-Greċja se żżid il-postijiet biex fihom joqogħdu l-immigranti permezz ta’ programm ta’ sussidji biex l-immigranti joqogħdu fi djar privati. Dan se jagħmilha possibbli biex jinħolqu 20,000 post ieħor fil-Greċja. Il-Kummissjoni Ewropea se talloka €80 miljun għal dan il-għan. Dan il-ftehim sar wara li l-Greċja aċċettat li tgħin fil-problema tal-immigrazzjoni waqt is-Summit tal-Balkani. Il-ħsieb hu li jinħolqu 50,000 post ta’ akkomodazzjoni għand familji privati għall-immigranti fil-Greċja. 50,000 post ieħor iridu jinħolqu fir-rotta tal-Balkani fejn eluf ta’ immigranti diġa` għaddew u għadhom jgħaddu fi triqithom lejn l-Ewropa Ċentrali.
Il-Gvern Grieg se jieħu ħsieb ukoll il-bini tal-‘hotspots’. Dan se jsir bl-għajnuna tal-UNHCR li se tikkontribwixxi b’esperti, xiri ta’ materjal u xogħol ta’ kostruzzjoni fejn meħtieġ.
Dawn il-postijiet se joffru ‘akkomodazzjoni temporanja fil-Greċja lil immigranti li jkunu qed jistennew biex jintbagħtu fi stati oħra tal-UE.
L-UE mistennija tonfoq €10 miljun mill-Budgets tas-sena 2015 u 2016. €4 miljun se jiġu mill-Budget tal-UE. Fl-2015 aktar minn miljun immigrant waslu fl-Ewropa jfittxu ħajja ġdida.
IL-FUTUR TAL-EWROPA
Read More
L-IMMIGRAZZJONI FUQ FOMM KULĦADD
Read More
IT-TURKIJA TKOMPLI RIESQA
Read More
IL-GRIEGI JRAQQDU L-IMMIGRANTI MAGĦHOM
Read More
GĦAWDEX: SE JIBQA’ IŻOLAT?
Read More
GĦAWDEX: QUO VADIS IŻ-ŻGĦAŻAGĦ?
Read More
GĦAWDEX: ’IL FEJN IT-TURIŻMU?
Read More
‘DEJJEM RIDT RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UE’
Read More
JIŻDIEDU L-IMPJIEGI
Read More
TIŻDIED IL-POPOLAZZJONI
Read More
X’INHU L-FRONTEX?
Read More
DRAWWIET L-EWWEL TAS-SENA
Read More
Post a comment