Il-kanċer tal-musrana l-kbira huwa t-tieni l-aktar kanċer komuni fl-Ewropa. Kull sena, madwar 470, 000 persuna timrad bih. Nofshom imutu. Filwaqt li din il-marda taqbad l-aktar lil dawk li qabżu l-ħamsin sena, hemm żieda inkwetanti fost dawk li għandhom inqas eta`. Fil-kuntest li jeżistu diskrepanzi kbar fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa medika bejn il-pajjiżi, ir-rata ta’ għixien tal-pazjenti bil-kanċer tal-musrana hija akbar f’dawk il-pajjiżi li għandhom aċċess aħjar għall-iscreening, speċjalment screening endoskopiku u kura speċjalizzata.

Dr Sant qal dan waqt li nieda x-xahar iddedikat għall-Għarfien tal-Kanċer tal-Musrana l-Kbira fl-Ewropa organizzata mill-EuroColon fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

L-Ewroparlamentari Malti, li għeleb il-kanċer, qal li ċ-ċittadini kollha tal-UE, għandu jkollhom aċċess għall-iscreening tal-musrana l-kbira. Dan l-aċċess, qal Dr Sant,  għandu jkun sempliċi u irħis fil-prezz biex kulħadd ikun jista’ jilħqu.

Iċ-Chairperson ta’ EuropaColon Ms Jola Gore-Booth ferħet lil Malta għas-sistema effiċjenti li għandha għall-iscreening tal-kanċer tal-musrana l-kbira. It-tema tal-Konferenza ta’ din is-sena hija ‘ŻMIEN GĦAL BIDLA’. Ms Gore-Booth qalet li dan it-titlu huwa indikazzjoni ċara li ma sarx biżżejjed progress lejn implimentazzjoni ta’ sistema għall-iscreening tal-kanċer tal-musrana l-kbira tul l-UE.

MALTA M’GĦANDHIEX IĠĠORR PIŻIJIET ŻEJDA TAL-POLITIKA TAD-DIFIŻA TAL-UE

Malta m’għandhiex titgħabba bil-piżijiet żejda tal-politika militari tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-istati membri li għażlu li jibqgħu barra mill-politika komuni ta’ ...
Read More

LEJN GWERRA KUMMERĊJALI

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qed jhedded li jimponi taxxa fuq l-importazzjoni tal-karozzi mill-Unjoni Ewropea. Trump qal li pajjiżi oħra ...
Read More

IL-PARLAMENT EWROPEW IĦADDAN IL-BIDLA F’GĦAWDEX

L-Artisti Għawdxin Christopher Saliba, Rachel Galea, Manuel Farrugia u Anthony Caruana qed jesebixxu 24 xogħol tal-arti bit-tema ‘Inħaddnu l-bidla f’Għawdex’, ...
Read More

€150 MILJUN GĦAR-RITORN TAL-IMMIGRANTI

Il-Kummissjoni Ewropea se toħroġ €150 miljun biex tiffinanzja programmi ta’ għajnuna għar-ritorn volontarju tal-immigranti u l-integrazzjoni tagħhom fl-Afrika. €115 miljun ...
Read More

MITEJN SENA BIEX L-ISTATI BALKANI JLAĦĦQU MAL-UE

L-istati Balkani tal-Punent jeħtieġu żieda fil-produttivita` u fit-twettiq tar-riformi qal il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), inkella jridu jgħaddu mitejn ...
Read More

L-AWSTRIJA KONTRA IMPJANT NUKLEARI F’BUDAPEST

L-Awstrija ħadet passi legali fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kontra l-UE għax tat permess lill-Ungerija tkabbar impjant nukleari f’Budapest. L-espansjoni se ssir ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA DWAR TASSAZZJONI FL-UE PERIKOLUŻI GĦAL MALTA

Id-dħul finanzjarju li fuqu Malta tiċċarġja t-taxxi jew li huwa taxxabbli se jonqos bin-nofs bi proposta ġdida dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxi ...
Read More

470, 000 PERSUNA FIS-SENA BIL-KANĊER TAL-MUSRANA L-KBIRA FL-EWROPA

Il-kanċer tal-musrana l-kbira huwa t-tieni l-aktar kanċer komuni fl-Ewropa. Kull sena, madwar 470, 000 persuna timrad bih. Nofshom imutu. Filwaqt ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment