Ċifri maħruġa mill-UNICEF jistmaw li 5.4 miljun immigrant tifel u tifla jgħixu fl-Ewropa waqt  li 32, 039 tifel u tifla waslu l-Ġreċja, l-Italja, Spanja u l-Bulgarija fl-2017 u kważi nofshom kienu waħedhom jew ġew separati. Minkejja dawn iċ-ċifri kbar, li mhux juru ħjiel ta’ tnaqqis, l-Istati Membri għadhom jaffaċċjaw sfidi biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni  fuq il-protezzjoni tat-tfal tal-immigranti, qal Alfred Sant fil-Parlament Ewropew waqt li vvota favur riżoluzzjoni fuq il-protezzjoni tat-tfal tal-immigranti.

Dr Sant qal li f’ħafna pajjiżi tal-UE, in-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli, u d-dewmien biex jingħaqdu mal-familji tagħhom u tal-ħatra tat-tuturi, flimkien mal-biża’ li jiġu detenuti, mibgħuta lura jew ittrasferiti, qed jirriżulta fi tfal li jaħarbu u li jkunu esposti għal traffikar, vjolenza u sfruttament. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ servizzi ta’ protezzjoni u attivitajiet apposta għat-tfal f’postijiet ta’ akkoljenza qed ikollu wkoll impatt negattiv.

“Għal din ir-raġuni, ivvotajt favur din ir-riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew għax titlob lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni. L-interess tat-tfal huwa prijorita` u din ir-riżoluzzjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jħaffu l-proċedura ta’ rilokazzjoni, jipprovdu għajnuna psikoloġika u jiżguraw li t-tfal kollha jkollhom aċċess għal uffiċjal tal-protezzjoni mal-wasla tagħhom, inkluż f’ħafna postijiet u faċilitajiet li jospitaw tfal u f’punti ta’ dħul fuq il-fruntiera,” qal il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew.

IR-RENJU UNIT IWISSI DWAR AKTAR ATTAKKI ATROĊI MILL-ISIS FL-EWROPA

Ir-Renju Unit qed iwissi dwar aktar attakki kumplessi u aktar atroċi mill-ISIS fl-Ewropa u qed jisħaq dwar il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni ...
Read More

MA JAQBLUX MAL-PROPOSTI TAL-KE DWAR IL-BAĠIT

Bosta stati membri pprotestaw kontra l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tnaqqas il-baġit għal qasam tal-biedja u l-politika ta’ koeżjoni għal baġit 2021-2027 ...
Read More

TRID TAGĦTI GARANZIJA DWAR L-ISTAT TAD-DRITT SA ĠUNJU

Il-Gvern Pollakk qed jintalab jagħti garanziji u eżempji konkreti tal-progress fl-indipendenza tal-ġudikatura. Din it-talba saret dwar il-proċedura li nfetħet kontrih ...
Read More

JIMBLOKKAW DIKJARAZZJONI TAL-UE KONTRA L-AMBAXXATA AMERIKANA F’ĠERUSALEMM

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u l-Ungerija imblokkaw dikjarazzjoni tal-UE li kienet tikkritika t-trasferiment tal-Ambaxxata Amerikana għal Ġerusalemm jumejn qabel seħħet l-inawgurazzjoni ...
Read More

TRASPORT EFFIĊJENTI ESSENZJALI GĦAT-TKABBIR U L-IŻVILUPP FL-EWROPA

It-tkabbir u l-iżvilupp ikunu diffiċli li jseħħu mingħajr sistema ta’ trasport tajba mifruxa mar-reġjuni kollha tal-UE, qal Alfred Sant fil-Parlament ...
Read More

ĊEKI JAQILGĦU TLIET DARBIET AKTAR FIL-ĠERMANJA

Kumpaniji Ċeki fil-Lbiċ tal-pajjiż mhux qed isibu biżżejjed ħaddiema għax ir-residenti li jgħixu ħdejn il-fruntiera, jippreferu jmorru l-Ġermanja biex jaħdmu ...
Read More

L-EBDA SINJAL MINN RUMA DWAR IR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

L-Ambaxxaturi uffiċċjali tal-pajjiżi tal-UE ma rnexxilhomx jaqblu b’mod unanimu fuq il-finanzjament ta’ €3 biljun għar-refuġjati fit-Turkija. “Ħsibna li stajna naqblu”, ...
Read More

5.4 MILJUN IMMIGRANT TIFEL U TIFLA JGĦIXU FL-EWROPA

Ċifri maħruġa mill-UNICEF jistmaw li 5.4 miljun immigrant tifel u tifla jgħixu fl-Ewropa waqt  li 32, 039 tifel u tifla ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment