Vladislav Goranov, li ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ekonomija u l-finanzi, ma rreaġixxiex għall-proposta ta’ Alfred Sant biex il-paga minima tiżdied b’5% fil-pajjiżi tal-UE fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) tal-Presidenza Bulgara. Dr Sant argumenta li jekk titwettaq din il-proposta fl-istati membri, ikunu bbilanċjati d-diffikultajiet imqanqla mill-kompetizzjoni. Din il-proposta tkun aktar effettiva biex jintlaħqu l-miri tal-inflazzjoni mill-għodda monetarji li l-Bank Ċentrali Ewropew uża f’dawn l-aħħar snin.

Biex l-elezzjonijiet li qed joqorbu tal-Parlament Ewropew iservu ta’ tappa importanti għall-proġett Ewropew, l-istati membri jridu juru li wara snin ta’ awsterita`, qed jaħdmu favur titjib fil-qagħda tal-familji u ċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea kollha.

“L-aħħar analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika turi li l-espansjoni ekonomika fl-Unjoni Ewropea kollha u fiż-żona ewro għadha għaddejja, u saret aktar wiesgħa. Minħabba dan it-titjib ekonomiku, m’għadux jagħmel aktar sens li jintużaw l-argumenti dwar awsterità biex il-klassijiet tal-ħaddiem, il-klassijiet tan-nofs u l-pensjonanti jiċċaħħdu minn titjib fil-poter tax-xiri tagħhom, filwaqt li l-korporazzjonijiet qed jingħataw il-prosit talli qed iżidu fil-profitti tagħhom.”

F’dan ir-rigward, żieda fil-pagi tikkontribwixxi lejn l-irkupru ekonomiku billi tnaqqas l-inugwaljanzi u tiżgura livelli għoljin ta’ għixien fiż-żona Ewropea, qal il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew.

Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Alfred Sant u Vladislav Goranov fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=wpS_WlL7GGs

 

SPJUNAĠĠ FUQ IL-BAĦAR

L-Aġenzija tal-ħarsien tal-fruntieri FRONTEX se żżid l-ispjunaġġ fuq il-baħar permezz ta’ operazzjoni ġdida  ta’ spjunaġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran li se tintraċċa nies ...
Read More

MANIPOLAZZJONI TOTALI

Alfred Sant iddeskriva r-rapport tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Malta bħala ‘manipolazzjoni totali’. Dr Sant qal dan waqt dibattitu dwar il-liberta` ...
Read More

STRATEĠIJA GĦALL-BALKANI KOLLHA

Tnax-il pajjiż membru tal-UE, inkluż Malta, iddikjaraw li l-istrateġija għat-tkabbir tal-UE għandha tibqa’ mmexxija minn proċess u mhux minn data, ...
Read More

TAL-VISEGRAD KONTRA KOSTITWENZA EWROPEA

Il-pajjiżi tal-Visegrad - Ungerija, Polonja, Repubblika Ċeka u Slovakkja - tkellmu kontra l-prinċipju ta’ lista ‘transnazzjonali’ għall-elezzjonijiet Ewropej 2019. Din ...
Read More

ORBAN FITTEX ALLEAT FIL-KANĊILLIER AWSTRIJAK

L-immigrazzjoni kienet iċ-ċentru tat-taħditiet bejn il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban u l-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz. Orban żar Vjenna f’attentat li ...
Read More

BULLMAN FLOK PITTELLA SAL-4 TA’ MARZU

Il-mexxej tal-S&D tal-Parlament Ewropew, Gianni Pittella, ħabbar li s-soċjal-demokratiku Udo Bullman se jkun il-mexxej temporanju ta’ dan il-grupp politiku sal-ħadd ...
Read More

5% ŻIEDA FIL-PAGA MINIMA

Vladislav Goranov, li ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ekonomija u l-finanzi, ma rreaġixxiex għall-proposta ta’ Alfred Sant biex il-paga ...
Read More

TRASPORT FIL-PERIFERIJA TAL-UE

L-UE għandha tiggarantixxi trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni kollha tagħha, speċjalment f’dawk insulari, fil-periferija u f’reġjuni b’popolazzjonijiet żgħar fl-Unjoni. Dan ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment