700 mediċina ġenerika fis-suq Ewropew jistgħu jisparixxu minn fuq l-ixkafef tal-ispiżeriji fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini waslet għal din il-konklużjoni għax qalet li ma hemmx biżżejjed studji dwarhom. Dawn il-mediċini ddaħħlu fl-Ewropa wara testijiet kliniċi mill-Aġenzija Indjana GVK Biosciences li taw riżultat tajjeb.
Il-Kummissjoni Ewropea qabbdet lill-Kumitat tal-Aġenzija tal-Mediċini jeżamina ’il fuq minn elf mediċina li kienu ttestjati minn GVK. Minn dawn, 300 mija se jibqgħu fis-suq għax kien hemm biżżejjed informazzjoni dwarhom. Iżda qed ikun rakkommandat li 700 minnhom ikunu rtirati sakemm m’hemmx alternattiva għalihom għall-bżonnijiet tal-pazjenti. Ma nstabet l-ebda evidenza negattiva dwar l-istudji li tagħmel il-kumpanija Indjana fuq il-mediċini.

Facebook Comments

Post a comment