Gruppi armati li jittraffikaw l-immigranti jinsabu fil-Libja biex jittraffikaw aktar immigranti lejn l-Ewropa. Bħalissa hemm 700,000 immigrant fil-Libja lesti biex jaqsmu lejn l-Ewropa.

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li l-UE għandha, mingħajr preġudizzju, iżżomm djalogu mal-organizzazzjonijiet mhux terroristiċi kollha tal-Libja u tappoġġja elezzjonijiet li jgħinu biex tkun stabbilita governanza li tista’ treġġa’ lura l-istabilita`, il-paċi u l-prosperita` fil-Libja.

Dr Sant għamel intervent dwar is-sitwazzjoni ta’ emerġenza tal-Libja.

“L-elezzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu pass kruċjali li jindirizzaw din is-sitwazzjoni. Għalhekk huwa importanti li jkun żgurat, mhux li jsiru elezzjonijiet malajr kemm jista’ jkun, iżda li jsiru b’mod trasparenti u bl-ikbar qbil possibbli fi ħdan il-Libja għar-rilevanza tagħhom stess. Kif jixhdu l-aħħar ġrajjiet fi Tripli, għad hemm problemi kbar ta’ sigurta` li għad iridu jingħelbu. Jekk dan ma jsirx, l-elezzjonijiet se jkunu imminati.”

Dr Sant qal li l-interessi tal-Libja u ta’ niesha, u dawk tal-UE mhux talli jaqblu iżda huma identiċi. Il-pajjiż għandu bżonn gvern b’saħħtu u stabbli li jżomm għaqda nazzjonali fi ħdan il-fruntieri tal-Libja u fl-istess ħin iqis l-aspettattivi tal-forzi differenti li jeżistu fil-pajjiż.

 

Tista’ ssegwi d-diskors ta’ Alfred Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=eCxNyMHvkIM

Prime Minister Joseph Muscat meets delegation from the European Parliament

INVESTIGAZZJONIJIET IVVIZZJATI

Alfred Sant ma ħax sehem fir-riżoluzzjoni kontra l-Gvern Ungeriż ta’ Victor Orban fil-Parlament Ewropew. Sant qal li l-aġir politiċizzat ta’ ...
Read More
refugees-in-libya

700,000 IMMIGRANT JISTENNEW FIL-LIBJA BIEX JAQSMU LEJN L-EWROPA

Gruppi armati li jittraffikaw l-immigranti jinsabu fil-Libja biex jittraffikaw aktar immigranti lejn l-Ewropa. Bħalissa hemm 700,000 immigrant fil-Libja lesti biex ...
Read More
_0004_mali-childrenfoodschool-wp

GĦAJNUNA LIL AFRIKA

Franza u tliet pajjiżi tal-Benelux – Belġju, Lussemburgu u Olanda ħabbru pjan biex joffru fondi tal-UE lil pajjiżi Afrikani jekk ...
Read More
_0000_militiaeu

MILIZJI KONTRA L-IMMIGRANTI FL-EWROPA ĊENTRALI

L-Awtoritajiet Ċeki u Sloveni jinsabu mħassba dwar milizji armati li qed jgħassu għall-immigranti. Rapport tas-servizzi sigrieti Ċeki jitkellem dwar il-grupp ...
Read More
_0005_euicon

MIRI FUQ IL-KARTA

L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ...
Read More
_0006_business-owner

APPROVATI PROPOSTI TA’ ALFRED SANT

Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu approvat ir-rapport dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal sistema komuni ta’ VAT fir-rigward ta’ skemi speċjali ...
Read More
_0007_ukraine

KONTRA ELEZZJONIJIET FL-UKRAINA TAL-LVANT

L-UE hija kontra l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li se jseħħu f’Luhansk u Donetsk fil-11 ta’ Novembru 2018. “Din l-aħbar tmur ...
Read More
_0002_maltesebooks

NIPPROTEĠU L-ARTISTI MALTIN

L-artisti u l-awturi Maltin u Għawdxin, l-imħuħ kreattivi fl-Ewropa u l-media indipendenti għandhom jiġu protetti u mħallsa b’mod ġust għax-xogħol ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment