Il-Kummissjoni Ewropea nidiet dokument dwar id-dimensjoni soċjali tal-UE. Mistoqsija ta’ riflessjoni li poġġiet il-KE hija: “Minn issa sa l-2025 irridu aktar jew anqas Ewropa soċjali?”
Fi stħarriġ ippubblikat f’April ħareġ li 53% tal-adulti bejn 18 u 34 sena ma għandhomx fiduċja fl-UE iżda 76% xorta jridu jibqgħu fl-UE. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni qed tirrikonoxxi l-ansjetajiet tal-Ewropej dwar il-futur tagħhom u qed tipproponi tliet xenarji dwar id-dimensjoni soċjali: (1) dimensjoni soċjali limitata għal moviment ħieles tal-ħaddiema biss; (2) Ewropa soċjali skont l-għażliet ta’ kull pajjiż (3) dimensjoni soċjali msaħħa fi ħdan l-Istati Membri kollha.
Il-Kummissarju tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali Marianne Thyssen qalet li jista’ jkun hemm emendi fl-għażliet u li l-azzjonijiet mhux se jkunu obbligatorji. Il-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Pierre Moscovici qal li l-konverġenza trid issir b’urġenza u se tkun il-prijorita` tal-Kummissjoni.
Wara dan id-dokument ta’ riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali mistennija jiġu ppreżentati aktar rapporti li jiffokaw fuq l-effett tal-globalizzazzjoni, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-futur tal-Ewropa fil-qasam tad-difiża u l-futur tal-finanzi tal-UE. Il-Kummissarju Thyssen qalet li dawn id-dokumenti differenti wkoll se jindirizzaw il-qasam soċjali.
JIDDEĊIEDU POST FRANZA FL-UE
Read More
L-UE FAVUR DJALOGU MAT-TURKIJA
Read More
IS-27 LESTI GĦAN-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read More
ID-DIVALWAZZJONI INTERNA TEFFETTWA ĦAŻIN IL-KOEŻJONI SOĊJALI
Read More
IL-ĠRAJJIET FI FRANZA, L-UKRAINA U T-TURKIJA JIGGRAVAW IL-KSUR TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM
Read More
AKTAR JEW ANQAS EWROPA SOĊJALI?
Read More
L-UE TAGĦTI L-AŻIL LIL 700,000 IMMIGRANT FL-2016
Read More
L-EWROPEJ FAVUR L-GĦAJNUNA UMANITARJA
Read More
Post a comment