Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew hija parti minn dibattitu fost l-istituzzjonijiet tal-UE bil-għan li tkun imsaħħa l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u titlob għal kriterji li jorbtu għal offerti ta’ impjieg ta’ kwalità u traineeships. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE fil-passat għenet miljuni ta’ ċittadini żgħażagħ biex jirnexxu fis-suq tax-xogħol.

Wara kampanja mill-Partit tas-Soċjalisti Ewropej u l-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE kienet stabbilita biex tiżgura li kull żagħżugħ u żagħżugħa taħt it-30 sena jirċievu offerta ta’ kwalità tajba ta’ xogħol, taħriġ jew apprendistat fi żmien erba’ xhur ta’ reġistrazzjoni ma’ ċentru tax-xogħol.

Fi spjegazzjoni tal-vot tiegħu, Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li l-qgħad fost iż-żgħażagħ ilu problema gravi fl-Ewropa partikolarment fin-nofsinhar tal-Ewropa u l-pandemija COVID-19 kompliet toħloq ostakli kbar għaż-żgħażagħ meta jkunu qed ifittxu impjieg.

“Barra minn hekk, fl-interess li jinżammu l-kundizzjonijiet soċjali tajbin madwar is-swieq tax-xogħol u filwaqt li titqies id-dinamika attwali tas-suq, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa għandhom ifittxu li jeliminaw kull forma ta’ dumping soċjali” qal Alfred Sant.


Alfred Sant calls for more EU funding to enhance job opportunities for youths

The European Parliament resolution is part of a debate amongst EU institutions aiming to strengthen the Youth Guarantee and calls for binding criteria for quality job and traineeship offers. The EU’s Youth Guarantee has in the past helped millions of young citizens to make it into the job market.

Following a campaign by the Party of European Socialists and the Socialists and Democrats Group in the European Parliament, the EU Youth Guarantee was established to ensure that every young person under 30 receives a good-quality offer of a job, training, internship or apprenticeship within four months of registering with a job centre.

In an explanation of his vote, Alfred Sant told the European Parliament that youth unemployment has long been a grave problem in Europe particularly in Southern Europe  and the COVID-19 pandemic has further created huge obstacles for young people when looking for meaningful employment.

“Moreover, in the interest of maintaining the right social conditions around labour markets and while taking into account the current market dynamics, European decision makers should seek to eliminate all forms of social dumping” Alfred Sant said.

youngworkers

Alfred Sant jappella għal aktar fondi tal-UE favur iktar opportunitajiet ta’ xogħol għaż-żgħażagħ

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew hija parti minn dibattitu fost l-istituzzjonijiet tal-UE bil-għan li tkun imsaħħa l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u titlob għal kriterji ...
Read More
airport

Kummissarju Ewropew tgħid lil Alfred Sant li d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru jibqgħu applikabbli waqt il-kriżi ta’ Covid-19

Il-Kummissjoni Ewropea kienet qed twieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari ta’ Alfred Sant li jiffokaw fuq l-azzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-linji tal-ajru kif ukoll ...
Read More
farmers

Alfred Sant jivvota kontra l-istrateġija l-ġdida tal-CAP u jwissi kontra l-qerda tas-settur agrikolu Malti

Fi spjegazzjoni tal-vot tiegħu lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li deroga li tippermetti l-allokazzjoni sa €3 miljun fis-sena ...
Read More
eu-economy

Alfred Sant jesprimi appoġġ għall-Kummissarju ġdid għas-Servizzi Finanzjarji

Sant, membru tal-kumitat, qal li McGuinness tat prestazzjoni mill-aqwa li wriet li hija iktar minn kapaċi għax-xogħol kumpless li dieħla ...
Read More