Fi spjegazzjoni tal-vot tiegħu favur riżoluzzjoni dwar l-irkupru kulturali tal-Ewropa, Alfred Sant qal lill-plenarja tal-Parlament Ewropew li l-promoturi, l-aġenti, l-artisti u l-iskejjel tal-arti tal-ispettaklu għaddejjin minn żmien iebes ħafna.

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew saret bħala espressjoni ta’ solidarjetà ma’ dawk involuti fl-industrija tal-kultura u għandha l-għan li tassenja parti mill-miżuri ta’ rkupru ekonomiku ppjanati mill-istituzzjonijiet Ewropej għall-industriji kulturali u kreattivi.
Alfred Sant qal li forom tal-arti li jiddependu fuq il-preżenza ta’ udjenza, bħat-teatru iżda mhux biss, qed ibatu ħafna. L-ispettakli ġew ikkanċellati, il-bejgħ tal-udjenzi naqas, u l-finanzjament, kemm pubbliku kif ukoll privat, f’ħafna każijiet spiċċa. Din is-sitwazzjoni probabbilment se ddum għal żmien twil.
Alfred Sant esprima appoġġ għall-pjan tal-Parlament Ewropew sabiex mill-inqas 2 fil-mija tal-Fond ta’ Rkupru u Reżiljenza imur għall-irkupru ta’ setturi kulturali u kreattivi.
“B’dan il-mod biss artisti, edukaturi, pubblikaturi, awturi, promoturi u aġenti tal-arti jistgħu ikampaw fil-maltemp, u ladarba l-kundizzjonijiet ikunu tajbin, jerġgħu jipprovdu avvenimenti tal-arti u kulturali li joffru devertiment waqt li jagħtu sens lill-ħajja li ngħixu”, Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew.

 


 

Alfred Sant calls for financial and regulatory support to the cultural sector

 In an explanation of his vote in favour of a resolution on the cultural recovery of Europe, Alfred Sant told the plenary of the European Parliament that promoters, agents, creators and schools of the performing arts are going through a very tough time.

The European Parliament resolution comes in as an expression of solidarity with those involved in the culture industry and aims to earmark a part of the economic recovery measures planned by the European institutions for the cultural and creative sectors and industries.

Alfred Sant said that art forms that rely on the presence of an audience, such as theatre but not only, are suffering greatly. Shows have been cancelled, audience sales have dwindled, and funding, public as well as private, has in many cases vanished. This situation will probably last for a good while.

Alfred Sant expressed support for the European Parliament’s plan for at least 2 per cent of the Recovery and Resilience Fund attached to go to the recovery of cultural and creative sectors.

“Only in this way can arts performers, creators, educators, publishers, authors, promoters and agents survive the storm, and once the conditions are right, provide again arts and cultural events that entertain while giving meaning to the life we live”, Alfred Sant told the European Parliament.

artandculture

Alfred Sant jappella għal appoġġ finanzjarju u regolatorju lis-settur kulturali

Fi spjegazzjoni tal-vot tiegħu favur riżoluzzjoni dwar l-irkupru kulturali tal-Ewropa, Alfred Sant qal lill-plenarja tal-Parlament Ewropew li l-promoturi, l-aġenti, l-artisti ...
Read More
protesting

Alfred Sant jappella għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali u d-demokratizzazzjoni fil-Belarus

Talbiet għal intervent dirett mill-UE jistgħu ikunu kontroproduttivi waqt li dikjarazzjonijiet li jindikaw ir-rikonoxximent ta’ President elett tal-Belarus huma prematuri ...
Read More
first-speach

Proposti bilanċjati tal-President tal-KE biex tissaħħaħ is-saħħa pubblika fl-UE – Alfred Sant

Fi stqarrija lill-plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-proposti ta’ Ursula Von der Leyen biex jissaħħaħ l-aspett tas-saħħa pubblika ...
Read More
euro-finance

Proposti biex jiżdiedu r-riżorsi proprji tal-UE jistgħu jagħmlu ħsara lil stati żgħar

Ir-reviżjoni tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE tirrappreżenta r-riforma dwar sorsi tad-dħul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, li kiseb rilevanza dejjem tikber bit-tixrid tal-pandemija ...
Read More