Filwaqt li laqa’ l-Pjan ta’ Investiment dwar l-Ewropa Sostenibbli bħala ċentrali għas-suċċess tat-tranżizzjoni ħadra, Alfred Sant qal lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew li huwa essenzjali li s-sostenibbiltà titqiegħed fil-qalba tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment.

Biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Green Deal Ewropew, il-Pjan ta’ Investiment se jimmobilizza mill-inqas €1 triljun f’investimenti sostenibbli matul l-għaxar snin li ġejjin. Parti mill-pjan, il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta, se jkun immirat għal tranżizzjoni ekwa u ġusta u se jimmobilizza mill-inqas €100 biljun f’investimenti matul il-perjodu 2021-2027 biex jappoġġja lill-ħaddiema u liċ-ċittadini tar-reġjuni l-aktar milquta mit-tranżizzjoni.

Alfred Sant qal li l-pjan Ewropew għal Unjoni tas-Swieq Kapitali – dossier li għalih Sant huwa rapporteur għas-Soċjalisti u d-Demokratiċi – enfasizza li l-investituri jkunu qed ipoġġu fil-prattika għanijiet ambjentali bħala kriterji għall-investimenti.

L-ebda reġjun m’għandu jiġi kkastigat għax ma jistax jaffordja li jsegwi miri ambizzjużi minn kmieni. Wieħed irid ikun realistiku u jakkumpanja r-reġjuni lejn it-transizzjoni ħadra, u mhux jippenalizzahom.

Bl-istess mod, filwaqt li l-miri għall-infiq fuq il-klima għandhom ikunu ambizzjużi u fattibbli, huwa aħjar li nimxu ‘l quddiem pass pass minflok nistabbilixxu miri għoljin wisq li ma jkunux prattiċi b’riskju li jitkabbru d-diverġenzi eżistenti.


Alfred Sant calls for feasible and ambitious climate spending

While welcoming the Sustainable Europe Investment Plan as central to the success of the green transition, Alfred Sant told the plenary session of the European Parliament that it was essential to put sustainability at the heart of investment decisions

To achieve the goals set by the European Green Deal, the Investment Plan will mobilise at least €1 trillion in sustainable investments over the next decade. Part of the plan, the Just Transition Mechanism, will be targeted to a fair and just green transition and will mobilise at least €100 billion in investments over the period 2021-2027 to support workers and citizens of the regions most impacted by the transition.

Alfred Sant said the plan for a Capital Markets Union – a dossier for which Sant is rapporteur for the Socialists and Democrats – emphasised that investors would be putting into practice environmental objectives as criteria for investments.

No region should be punished because it could not afford to follow ambitious targets earlier on. One has to be realistic and accompany regions in the green transition, not penalise them.

Similarly, while targets for climate spending should be ambitious and feasible, it is better to move forward step by step than setting target spending that risks being impractical and deepens the existing divergences.

_0003_green-business

Alfred Sant jappella għal infiq fattibbli u ambizzjuż dwar il-klima

Filwaqt li laqa’ l-Pjan ta' Investiment dwar l-Ewropa Sostenibbli bħala ċentrali għas-suċċess tat-tranżizzjoni ħadra, Alfred Sant qal lis-sessjoni plenarja tal-Parlament ...
Read More
_0002_diversity

Appoġġ baġitarju tal-UE lis-setturi kulturali u kreattivi affettwati mill-Covid-19

Ir-rapport adottat mill-plenarja tal-Parlament Ewropew jinkludi emendi oħra minn Alfred Sant bħall-enfasi fuq il-konverġenza soċjoekonomika fil-baġit tal-UE, u l-konsiderazzjoni speċjali ...
Read More
_0001_elearning

L-edukazzjoni onlajn ikkonfermat qasma diġitali fost l-istudenti

Filwaqt li ndirizza l-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-pandemija Covid-19, Alfred Sant qal lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew li l-pandemija kkawżat tfixkil ...
Read More
_0000_finance

Il-Kumitat Ekonomiku tal-PE jadotta rapport negozjat minn Alfred Sant

Il-proposti ta’ Alfred Sant bħala rapporteur tal-Grupp S&D rċevew appoġġ wiesa’ minn diversi gruppi politiċi. Dawn kienu jitrattaw il-proposta tal-Parlament ...
Read More