Fi spjegazzjoni tal-vot lill-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li nnota l-argumenti li saru minn oħrajn fis-sens li l-implimentazzjoni tal-ftehim għandha tkun kondizzjonali fuq ir-riformi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam u rrikonoxxa li hemm raġunijiet għal tħassib ġenwin dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż.

Madankollu, kien dubjuż li l-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment bejn pajjiżi żviluppati u li qed jiżviluppaw (jew unjonijiet ta’ pajjiżi) jipprovdu l-kuntest jew l-għodda t-tajba għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji li qed jiżviluppaw.

L-eċċezzjoni għal dan tkun id-drittijiet tax-xogħol peress li l-iskambji kummerċjali u ta’ investiment ma jistgħux jiġu stabbiliti madwar proċessi ta’ produzzjoni li jiddependu fuq l-isfruttar ta’ ħaddiema biex jinkiseb qligħ ekonomiku.

Madankollu, mhuwiex ċar li l-estensjoni ta’ din il-kundizzjoni għall-firxa sħiħa ta’ drittijiet tal-bniedem tilħaq l-għanijiet stabbiliti għaliha. Tassew, huwa aktar probabbli li jaffettwa b’mod negattiv l-istandards t’għajxien ta’ familji bi dħul baxx f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’impatt marġinali fuq l-elite dominanti.

Madanakollu, Alfred Sant qal li l-UE għandha tmexxi diskussjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala parti mill-konverżazzjoni konġunta meta l-implimentazzjoni tal-ftehim tkun qed tiġi skrutinizzata.


Alfred Sant supports new EU-Vietnam trade agreement

In an explanation of vote, Alfred Sant said he noted the arguments made by others who suggested that the implementation of the agreement should be made conditional on human rights reforms in Vietnam and acknowledged that there are grounds for genuine concern about the respect of human rights in that country.

However, it was doubtful that trade and investment agreements between developed and developing countries (or unions of countries) provide the right context or tools for the promotion of human rights in developing territories.

The exception to this would be labour rights since trade and investment exchanges cannot be established around production processes that rely on exploitation of workers to achieve economic gain.

However, it is not clear that extending this condition to the full range of human rights does achieve the aims set for it. Indeed, it is more likely to affect negatively the living standards of low-income families in developing countries, with marginal impact on the ruling elites.

Even so, Alfred Sant said that the EU should make a discussion of human rights part of the joint conversation when the implementation of the agreement is being scrutinised.

covid-19

Il-Parlament Ewropew għandu jadatta għal realtajiet ġodda tal-koronavirus billi juża l-Internet

F'ittra lill-Iratxe Garcia Perez, President tal-Grupp tas-Socjalisti u Demokratiċi, b'rabta mal-preparamenti għas-sessjonijiet plenarji ta’ Marzu u April, l-eks Prim Ministru ...
Read More
eu-covid-19

L-Ewropa mhix preparata għat-trażmissjoni mgħaggla ta’ mard ġdid – Alfred Sant

Għal dan aħna mhux ippreparati u mhux biss fl-Ewropa. L-epidemija tal-coronavirus hija tal-biża’ mhux sempliċement minħabba li hija marda "ġdida", ...
Read More
obesity

Alfred Sant jappella għal strateġija Ewropea biex tiġġieled l-obeżità

Fl-intervent tal-ftuħ ta’ webinar fil-Parlament Ewropew organizzat mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudju tal-Obeżità biex tfakkar il-Jum Ewropew tal-Obeżità fl-4 ta’ Marzu, Alfred ...
Read More
eu-vietnam

Alfred Sant jappoġġja ftehim kummerċjali ġdid UE-Vjetnam

Fi spjegazzjoni tal-vot lill-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li nnota l-argumenti li saru minn oħrajn fis-sens li l-implimentazzjoni tal-ftehim għandha ...
Read More