Alfred Sant huwa r-rapporteur għall-Grupp S&D fil-Parlament Ewropew għal rapport intitolat “Iktar żvilupp fit-Twaqqif ta’ Suq Kapitali Wieħed Ewropew: titjib fl-aċċess għall-finanzjament tas-suq tal-kapital, partikolarment mill-SMEs, lejn iktar parteċipazzjoni tal-investituri”.

Bħala rapporteur, Alfred Sant ilu jiltaqa’ mal-partijiet interessati permezz ta’ konferenzi virtwali matul ix-xhur li għaddew bil-għan li jibni pożizzjoni b’saħħitha favur il-kawża tal-investituri żgħar u ta’ kumpaniji żgħar.

B’dan ir-rapport ta’ inizjattiva, il-Parlament Ewropew qed jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta leġiżlattiva dwar il-kwistjoni ta’ aċċess aħjar għall-finanzi għall-SMEs, sabiex ma jkollhomx jibbażaw l-ħin kollu fuq self bankarju.

Ħamsa u erbgħin emenda ġew imressqa biex ikunu enfasizzati numru ta’ oqsma ewlenin bħall-ħtieġa ta’ ambjent regolatorju, li jtaffi r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u jipproteġi l-interessi tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, pensjonanti u konsumaturi.

L-emendi għandhom l-għan ukoll li jappoġġjaw miżuri li jippromwovu l-ħtieġa ta’ aċċess ugwali għall-opportunitajiet ta’ finanzjament u investiment madwar l-UE, kemm f’reġjuni ewlenin kif ukoll f’dawk periferali bl-istess mod.

It-twaqqif ta’ Suq Kapitali Wieħed Ewropew għandhu l-għan li tiffaċilita lill-kumpaniji tal-UE sabiex jiksbu l-fondi li għandhom bżonn biex jikbru minn investituri individwali u istituzzjonali fis-suq uniku Ewropew.

L-abbozz tar-rapport ġie ppreżentat għall-ewwel darba f’Ġunju u se jiġi vvutat fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fil-Parlament Ewropew matul il-ġimgħa tas-7 ta’ Settembru.


Alfred Sant supports small investors as Rapporteur for the S&D Group on Capital Markets Union

Alfred Sant is the rapporteur for the S&D Group in the European Parliament for an own initiative report entitled ‘Further development of the Capital Markets Union: improving access to capital market finance, in particular by SMEs, and further enabling retail investor participation’. 

As rapporteur, Alfred Sant has been meeting stakeholders via conference calls during the past months with a view to building a strong position in favour of the cause of small investors and small companies.

With this initiative report, the European Parliament is requesting the European Commission to put forward a legislative proposal on the issue of better access to finance for SMEs on the ground, away from having to rely all the time on bank loans.

Forty-five amendments have been tabled to emphasise a number of key policies such as the need for a regulatory environment, which mitigates risks to financial stability and protects the interests of retail investors, pensioners and consumers.

The amendments also aim to support measures to promote the need for equal access to financing and investment opportunities across the EU, in core and peripheral regions equally.

The Capital Markets Union aims to make it easier for EU companies to get the money they need to grow from individual and institutional investors across the single European market.

The draft version of the report was first presented in June and will be voted upon in the Committee on Economic and Monetary Affairs in the European Parliament during the week of 7 September.

business-office

Alfred Sant jappoġġja investituri żgħar bħala Rapporteur għall-Grupp S&D dwar is-Suq Kapitali Wieħed Ewropew

Alfred Sant huwa r-rapporteur għall-Grupp S&D fil-Parlament Ewropew għal rapport intitolat "Iktar żvilupp fit-Twaqqif ta’ Suq Kapitali Wieħed Ewropew: titjib ...
Read More
people-tax

Alfred Sant maħtur Membru tas-Sottokumitat tat-Taxxa tal-Parlament Ewropew

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant inħatar membru tal-FISC, is-sottokumitat tat-taxxa permanenti tal-kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fil-Parlament Ewropew. FISC reċentement inħoloq ...
Read More
interpreters-people

L-Ewroparlamentari Laburisti jingħaqdu biex jappoġġjaw l-interpreti freelance tal-Malti

L-Ewroparlamentari Laburisti għamlu rappreżentazzjonijiet flimkien mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni Ewropea f'isem interpreti freelance tal-lingwa Maltija li d-dħul tagħhom kellu impatt ...
Read More
covid-finance

Il-Kummissjoni Ewropea tissorvelja t-tnaqqis tas-servizzi bankarji wara pressjoni minn Alfred Sant

Il-Kummissjoni Ewropea wieġbet għal mistoqsija parlamentari tal-Ewroparlamentari Alfred Sant li fiha huwa talab spjegazzjoni dwar dak li qed isir biex ...
Read More