Alfred Sant għamel l-intervent tiegħu waqt skambju ta’ fehmiet dwar leġiżlazzjoni rigward il-posponiment tas-sistema tal-kummerċ elettroniku tal-VAT li jagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi u n-negozji biex jixtru u jbigħu prodotti online f’pajjiżi differenti.

Se tgħin ukoll lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex jiġbru l-VAT dovut, billi tiżgura li n-negozji li mhumiex fl-UE ma jingħatawx trattament preferenzjali meta jbigħu lill-konsumaturi tal-UE.

Għalkemm esprima appoġġ għall-posponiment ta’ din il-leġiżlazzjoni, Alfred Sant saħaq li kwalunkwe nuqqas ta’ kontinwità għandha tiġi evitata għal operaturi żgħar.

Fil-kuntest tal-kriżi pandemika Covid-19, qed jiġu adottati numru ta’ soluzzjonijiet ta’ malajr biex jiġi żgurat li d-direttivi u r-regolamenti jirriflettu u jadattaw għas-sitwazzjoni ekonomika attwali. Fost dawn l-arranġamenti hemm il-posponiment tal-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida tal-VAT għall-bejjiegħa onlajn.

Alfred Sant kien shadow rapporteur ewlieni f’isem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew meta laqa’ f’Settembru 2019 ir-riforma ta’ sistema ġdida tal-VAT għall-bejjiegħa onlajn. Ir-regoli l-ġodda jintroduċu blokki ġodda għas-sistema li se jkunu meħtieġa għal kumpaniji online biex jieħdu vantaġġ sħiħ mis-Suq Uniku tal-UE.

Il-portal aġġornat tan-negozju elettroniku għall-VAT imwaqqaf minn dawn il-miżuri se jippermetti wkoll lill-kumpaniji li jbigħu l-merkanzija onlajn biex jittrattaw l-obbligi tal-VAT tagħhom fl-UE permezz ta’ portal onlajn li hu faċli biex jintuża fil-lingwa tagħhom stess.

 


Alfred Sant supports European measures to help small online companies and micro-enterprises

Alfred Sant intervened during an exchange of views over legislation regarding the proposed postponement of the VAT e-commerce system that will make it easier for consumers and businesses to buy and sell goods cross-border online.

It will also help EU Member States to collect VAT due, by making sure that non-EU businesses do not get preferential treatment when selling to EU consumers. Although he expressed support for the postponement of the legislation, Alfred Sant stressed that any discontinuities should be avoided for small operators.

In the context of the Covid-19 pandemic crisis, a number of quick fixes are being adopted to ensure that directives and regulations reflect and adapt to the current economic situation. Among these quick fixes is the postponement of the implementation date of a new VAT system for online sellers.

Alfred Sant was a shadow rapporteur on behalf of the Socialists and Democrats in the European Parliament and had welcomed in September 2019 the reform of a new VAT system for online sellers. The new rules will introduce new building blocks for the system that will be needed for online companies to take full advantage of the EU’s Single Market.

The updated electronic business portal for VAT put in place by these measures will also allow companies that sell goods online to their customers to deal with their VAT obligations in the EU through one easy-to-use online portal in their own language.

onlineshopping

Alfred Sant jappoġġja miżuri Ewropej favur kumpaniji żgħar u dawk li joperaw onlajn.

Alfred Sant għamel l-intervent tiegħu waqt skambju ta’ fehmiet dwar leġiżlazzjoni rigward il-posponiment tas-sistema tal-kummerċ elettroniku tal-VAT li jagħmilha aktar ...
Read More
banking

Alfred Sant jivvota favur it-tisħiħ tas-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus

Bħala spjegazzjoni, Alfred Sant saħaq li l-prerogattivi ta’ aġenzija bħal din għandhom jiġu implimentati bl-istess mod kullimkien, b'sistemi ekwivalenti għall-istituzzjonijiet ...
Read More
covid-19

Alfred Sant iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li COVID-19 ma tkunx skuża biex jitnaqqsu s-servizzi bankarji għall-konsumaturi

F’ mistoqsija parlamentari fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li ċ-ċittadini tal-UE ilhom jesperjenzaw tnaqqis fis-servizzi bankarji fil-livelli kollha b’mod partikolari ...
Read More
articleimage

Alfred Sant jappella għal aċċess indaqs għall-finanzjament lin-negozji żgħar kollha

L-artiklu fir-rivista politika li tkopri aħbarijiet u opinjoni dwar il-Parlament Ewropew jelenka r-rwol kruċjali li għandhom l-SMEs fl-ekonomija Ewropea u ...
Read More