Sant, membru tal-kumitat, qal li McGuinness tat prestazzjoni mill-aqwa li wriet li hija iktar minn kapaċi għax-xogħol kumpless li dieħla għalih.

McGuinness rebħet l-appoġġ tal-Parlament Ewropew biex isir Kummissarju, b’vot ta’ 583-75 b’37 astensjoni. In-nomina tagħha saret b’konsegwenza tar-riżenja tal-eks Kummissarju għall-Kummerċ, Phil Hogan, wara li kiser ir-restrizzjonijiet tal-coronavirus f’pajjiżu, l-Irlanda.

“Peress li jien mill-iżgħar Stat Membru fl-UE, nista’ nilqa’ b’sodisfazzjon il-ħatra ta’ persuna b’esperjenza ta’ kif ekonomija żgħira trid tinnaviga biex tkampa f’ambjent globalizzat tas-servizzi finanzjarji”, qal Alfred Sant.

Il-kwalitajiet u l-esperjenza tagħha se jkunu utli għal dawk li se jkunu qed imexxu lill-Ewropa lejn unjoni tas-swieq kapitali li taħdem sew, tema ewlenija li tagħha Alfred Sant huwa rapporteur f’isem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.

Alfred Sant laqa’ wkoll il-fatt li s-Sinjura McGuinness wriet l-impenn tagħha għal trasparenza mhux negozjabbli fis-sorveljanza tal-industrija tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa u l-ħolqien ta’ policies ġodda għall-futur tagħha.

Filwaqt li hi membru tal-partit Irlandiż Fine Gael, Mairead McGuinness serviet ukoll bħala Viċi President tal-Parlament Ewropew mill-2017. Hija serviet bħala Membru tal-Parlament Ewropew mill-2004 sal-2014 għall-Irlanda tal-Lvant u għall-Midlands-North-West mill-2014, li jagħmilha l-iktar Membru Parlamentari Ewropew li damet isservi fl-Irlanda.


Alfred Sant expresses support for new Financial Services Commissioner

Sant, a member of the committee, said she gave a polished performance that showed that she was more than capable for the complex job.

McGuinness won the support of the European Parliament to become a commissioner, in a 583-75 vote with 37 abstentions. Her nomination was prompted by the resignation of the former Trade Commissioner, Phil Hogan, for breaking coronavirus restrictions in his home country, Ireland.

“Coming from the smallest Member State in the EU, I can only welcome the appointment of someone with experience of how a small economy must navigate to survive in the globalised environment of financial services”, Alfred Sant said.

Her qualities and experience will be useful to have among those who will be steering Europe towards a well functioning capital markets union, a key dossier for which Alfred Sant is a rapporteur on behalf of the Socialists and Democrats in the European Parliament.

Alfred Sant also welcomed the fact that McGuinness demonstrated her commitment to non-negotiable transparency in the oversight of Europe’s financial services industry and the establishment of new policies for its future.

A member of Irish party Fine Gael, Mairead McGuinness has also served as First Vice-President of the European Parliament since 2017.  She served as a Member of the European Parliament from 2004 to 2014 for East Ireland and has served as MEP for Midlands–North-West since 2014, making her Ireland’s longest serving MEP.

youngworkers

Alfred Sant jappella għal aktar fondi tal-UE favur iktar opportunitajiet ta’ xogħol għaż-żgħażagħ

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew hija parti minn dibattitu fost l-istituzzjonijiet tal-UE bil-għan li tkun imsaħħa l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u titlob għal kriterji ...
Read More
airport

Kummissarju Ewropew tgħid lil Alfred Sant li d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru jibqgħu applikabbli waqt il-kriżi ta’ Covid-19

Il-Kummissjoni Ewropea kienet qed twieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari ta’ Alfred Sant li jiffokaw fuq l-azzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-linji tal-ajru kif ukoll ...
Read More
farmers

Alfred Sant jivvota kontra l-istrateġija l-ġdida tal-CAP u jwissi kontra l-qerda tas-settur agrikolu Malti

Fi spjegazzjoni tal-vot tiegħu lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li deroga li tippermetti l-allokazzjoni sa €3 miljun fis-sena ...
Read More
eu-economy

Alfred Sant jesprimi appoġġ għall-Kummissarju ġdid għas-Servizzi Finanzjarji

Sant, membru tal-kumitat, qal li McGuinness tat prestazzjoni mill-aqwa li wriet li hija iktar minn kapaċi għax-xogħol kumpless li dieħla ...
Read More