Alfred Sant esprima nuqqas ta’ qbil mar-regolamenti tal-Premju tal-Letteratura tal-Unjoni Ewropea u talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tispjega għaliex kittieba nominati għall-premju jiġu skwalifikati awtomatikament jekk ikunu ġew ippubblikati minn dar tal-pubblikazzjoni ta’ partit politiku.

F’mistoqsija parlamentari, Alfred Sant iddikjara li l-kundizzjoni li jiġu esklużi kittieba ppubblikati minn djar li huma proprjetà jew huma affiljati ma’ partit politiku ma tidhirx fir-regoli ppubblikati fuq is-sit tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura.

Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq kopja sħiħa tar-regolamenti stabbiliti u staqsa jekk il-bordijiet nazzjonali għandhomx kompetenza esklussiva meta l-kittieba jkunu magħżula u mbagħad jintgħażlu r-rebbieħa jew jekk bordijiet oħra stabbiliti fi Brussell jew x’imkien ieħor jieħdux sehem fid-deċiżjonijiet.

L-għan tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura huwa li tippromwovi ċ-ċirkolazzjoni tal-letteratura fl-Ewropa u li tinkoraġġixxi interess akbar f’xogħlijiet letterarji ġodda fl-Istati Membri.

Il-Konsorzju Ewropew responsabbli mit-tmexxija tal-Premju tal-Letteratura tal-Unjoni Ewropea kiteb lill-membru Laburista tal-Parlament Ewropew Alfred Sant u qallu li ‘l-pożizzjonament apolitiku tal-premju kien indispensabbli’.

Fl-ittra, il-Konsorzju magħmul mill-Kunsill Ewropew tal-Kittieba, il-Federazzjoni tal-Pubblikaturi Ewropej u l-Federazzjoni Ewropea u Internazzjonali tal-Bejjiegħa tal-Kotba, ammetta li r-regola li teskludi l-kittieba tad-djar tal-pubblikazzjoni b’affiljazzjoni politika mhix stipulata b’mod ċar fir-regoli tal- premju.

Alfred Sant, kien pront iwieġeb għall-Konsorzju billi qal li l-premju huwa maħsub biex jippremja l-potenzjal letterarju u l-eċċellenza ta’ kittieba emerġenti, u dan ikun mifhum f’termini tal-kontenut ppubblikat, mhux f’termini ta’ liema djar tal-kotba tippubblikah.


Alfred Sant questions regulations governing the EU Prize for Literature

Alfred Sant questioned the regulations governing the European Union Prize for Literature and called on the European Commission to explain why writers nominated for the prize are automatically disqualified if they have been published by a political party publishing house.

In a parliamentary question, Alfred Sant stated that the condition excluding writers published by houses owned or affiliated to a political party does not feature in the rules published on the website of the European Union Prize for Literature.

Alfred Sant requested the European Commission to table a full copy of the established regulations and asked whether national panels have exclusive competence when writers are shortlisted and then winners selected or whether other panels established in Brussels or elsewhere share in the decisions.

The aim of the European Union Prize for Literature highlights and seeks to reward creativity by new and newly emerging writers in Member States of the EU.

The European Consortium responsible for the management of the European Union Prize for Literature wrote to Alfred Sant claiming that the ‘apolitical positioning of the prize was indispensable’.

In the letter, the Consortium made up of the European Writers’ Council, the Federation of European Publishers and the European and International Booksellers Federation, admitted that the rule excluding writers from publishing houses with a political affiliation is not clearly stipulated in the rules of the prize.

Alfred Sant was quick to respond to the Consortium saying that the prize is intended to reward the literary promise and excellence of an emerging writer, understood in terms of the content he/she has published, not in terms of who he/she is published by.

_0002_security

Alfred Sant iressaq 123 emenda dwar ir-reżiljenza diġitali tas-settur finanzjarju

Bħala rapporteur għall-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant ressaq total ta’ 123 emenda għal rapport dwar ir-Reżiljenza Operattiva ...
Read More
_0000_israel-palestine

L-ebda mod raġonevoli li bih barranin jistgħu jappoġġjaw il-politika Iżraeljania lejn il-Palestinjani – Alfred Sant

Il-verità hi li m’għadx hemm mod raġonevoli li bih il-barranin jistgħu jappoġġjaw il-politika Iżraeljani lejn il-Palestinjani u l-UE għandha tistqarr ...
Read More
_0001_insurance

Il-vuċi tal-konsumaturi għandha tingħata widen fir-reviżjoni tas-settur tal-Assigurazzjoni – Alfred Sant

Fid-dibattitu dwar il-futur sostenibbli tas-settur Ewropew tal-Assigurazzjoni, il-vuċi tal-konsumaturi, tal-investituri żgħar u ta’ dawk kollha li għandhom polza tal-assigurazzjoni, jinħtieġ ...
Read More
_0003_reading

Alfred Sant jesprimi nuqqas ta’ qbil dwar ir-regolamenti tal-Premju tal-UE għal-Letteratura

Alfred Sant esprima nuqqas ta’ qbil mar-regolamenti tal-Premju tal-Letteratura tal-Unjoni Ewropea u talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tispjega għaliex kittieba nominati ...
Read More