Matul l-intervent tiegħu f’Dibattitu Konġunt dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-Bank Ewropew tal-Investiment huwa l-entità essenzjali biex isostni l-politika tal-UE dwar l-investiment u biex jiffaċilita l-appoġġ finanzjarju għal proġetti kbar u nnota li r-rwol ġdid tiegħu bħala l-bank tal-klima tal-UE jagħmel sens.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa wieħed mill-akbar selliefa supranazzjonali fid-dinja u jiffinanzja proġetti li jilħqu l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ self, garanziji u assistenza teknika.

Filwaqt li rrikonoxxa li l-ħidma tiegħu fil-pajjiżi msieħba tal-UE hija ta’ min ifaħħarha, il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-S&D qal li l-iżbilanċi ġeografiċi fis-self tal-Bank Ewropew tal-Investiment jibqgħu żvantaġġ strutturali importanti.

“Huma meħtieġa kriterji ġodda li jiżguraw allokazzjoni ġeografika usa’ ta’ investimenti. Għandu jkun hemm prijoritizzazzjoni ogħla għal reġjuni tradizzjonalment mgħobbija b’defiċit ta’ investiment, b’mod partikolari, dawk li għandhom żvantaġġi ġeografiċi bħar-reġjuni periferiċi u insulari tal-UE”, qal Alfred Sant.

“Kull nuqqas fir-rekwiżiti ġenerali ta’ investiment għall-irkupru tal-Covid-19 u għall-Green Deal se jiżen l-iktar fuq dawn ir-reġjuni. Allura, l-istrateġiji ta’ finanzjament għandhom jiġu adattati biex jaqblu mal-ġeografija tagħhom, mhux l-inqas għal proġetti relatati mat-trasport u l-enerġija”.

Skond Alfred Sant, kwistjoni ewlenija oħra hija t-trasparenza, inkluż il-qsim mal-Membri tal-Parlament Ewropew ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ finanzjament tal-Bank.


Alfred Sant expresses concern about the European Investment Bank

Alfred Sant has expressed major concerns about the European Investment Bank’s operational outcomes and questioned how it can be acceptable that, in 2019, just four EU member states between them received almost 50 percent of loans granted by the bank.

During his intervention in a Joint Debate on the European Investment Bank in the European Parliament’s plenary session, Alfred Sant said the European Investment Bank is the essential entity to sustain EU policy on investment and to facilitate financial support for major projects and noted that its newly acquired role as the EU’s climate bank makes sense.

The European Investment Bank is the European Union’s investment bank and is owned by the EU Member States. It is one of the largest supranational lenders in the world. It funds projects that achieve the policy aims of the European Union through loans, guarantees and technical assistance.

While acknowledging that its work in the EU’s partner countries is commendable, the Head of the Maltese S&D Delegation said that geographical imbalances in the European Investment Bank’s lending remain a vital structural handicap.

“New criteria ensuring a broader geographical allocation of investments are needed. There should be a higher prioritisation for regions traditionally burdened with an investment deficit, in particular, those having geographical disadvantages such as the EU’s peripheral and insular regions”, Alfred Sant stated.

“Any shortfall in the general investment requirements for Covid-19 recovery and for the Green Deal will weigh most heavily on these regions. So, funding strategies must be adapted to fit their geography, not least for projects related to transport and energy”.

According to Alfred Sant, another major issue is transparency, including the sharing with MEPs of information on the EIB’s financing activities.

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tista’ tinkiseb biss permezz ta’ trasparenza u mekkaniżmi effettivi kontra l-frodi – Alfred Sant

Meta kien qed jindirizza s-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant esprima appoġġ sħiħ għall-prinċipji li jinsabu f’rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi ...
Read More

Dawk li jfasslu l-politika għandhom jiggarantixxu li ħadd ma jibqa’ l-art

Alfred Sant ivvota favur il-ftehim finali milħuq bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew dwar il-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku u ...
Read More

Hemm bżonn dibattitu miftuħ dwar l-abort – Alfred Sant

Huwa żied jgħid li l-ipproġettar ta’ nies li huma favur l-abort bħala bla qalb jew amorali ma’ jagħmel l-ebda sens ...
Read More

Alfred Sant jesprimi tħassib dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment

Matul l-intervent tiegħu f’Dibattitu Konġunt dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-Bank Ewropew tal-Investiment ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment