Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant staqsa lill-Kummissjoni Ewropea hux se tħabbar linji gwida dettaljati dwar l-iskema tar-rilokazzjoni tas-Sirjani li bdiet fil-bidu ta’ April. Dr Sant staqsa wkoll lill-Kummissjoni għandhiex informazzjoni dwar kemm u liema pajjiżi Ewropej huma lesti li volontarjament jieħdu Sirjani fl-iskema ‘1 għal kull 1’. L-Ewroparlamentari staqsa wkoll kemm hemm ħsieb li jkunu allokati Sirjani fl-UE mit-Turkija permezz ta’ din l-iskema ‘1 għal kull 1’ u jekk in-numru ta’ 72, 000 hux se jkun biżżejjed.
Dr Sant qal li l-elementi ewlenin tal-ftehim bejn l-UE u t-Turkija jimxi direttament mar-ritorn tal-‘immigranti irregolari’ u jagħmilha ċara li għal kull Sirjan mibgħut lit-Turkija mill-gżejjer Griegi, Sirjan ieħor ikun allokat mit-Turkija fl-UE. Il-Kummissjoni, l-aġenziji tal-UE, l-istati membri u l-UNHCR se jassistu f’din l-iskema ta’ ‘1 għal kull 1’. L-aħħar ftehim li ntlaħaq fit-18 ta’ Marzu jisħaq dwar ir-ritorn tal-immigranti kollha, anki ta’ dawk li qed jitolbu l-ażil, li qed jaslu l-Greċja mit-Turkija b’mod illegali. Dan il-ftehim beda jiġi attwat mill-Ħadd 20 ta’ Marzu, iżda għadu jqanqal mistoqsijiet legali u prattiċi, qal Dr Sant lil Kummissjoni.
JIŻDIED IS-SENTIMENT KONTRA L-UE
Read MoreMINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO?
Read MoreJIŻDIEDU L-‘ĠELLIEDA BARRANIN’ FL-EWROPA
Read MoreALFRED SANT JISTAQSI LIEMA PAJJIŻI TAL-UE SE JIEĦDU IMMIGRANTI SIRJANI
Read MoreJIŻDIED ID-DEFIĊIT PUBBLIKU TA’ SPANJA
Read MoreIL-ĠERMANJA SE TONFOQ AKTAR GĦAR-REFUĠJATI
Read MoreL-UNJONI EWROPEA TIMPONI SANZJONIJIET KONTRA L-MEXXEJJA LIBJANI
Read MoreJONQOS IS-SENTIMENT POŻITTIV DWAR L-EKONOMIJA
Read MoreL-ISVIZZERA B’KUMMERĊ AKBAR MIR-RUSSJA MAL-UE
Read MoreL-UE B’DEFIĊIT KUMMERĊJALI MAL-INDJA
Read MorePRINĊEP RUMAN TA’ 52 SENA
Read More
Post a comment