Fi spjegazzjoni tal-vot tiegħu lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li deroga li tippermetti l-allokazzjoni sa €3 miljun fis-sena ta’ appoġġ lill-bdiewa Maltin baqgħet nieqsa mill-pjan strateġiku.

Mingħajr din id-deroga, il-bdiewa Maltin ser ikollhom nuqqas enormi ta’ appoġġ essenzjali li jista’ jfisser il-kollass tas-settur. Fid-dawl ta’ dan, Sant ivvota kontra kemm il-proposta tal-Kummissjoni kif ukoll ir-rapport plenarju finali tal-PE dwar il-Pjan Strateġiku tal Politika Agrikola Komuni.

Alfred Sant kien ipprova jinkludi d-deroga permezz ta’ emenda fl-Opinjoni tal-Baġit u permezz ta’rappreżentazzjonijiet man-negozjaturi tal-Parlament Ewropew iżda l-proposta ma ġietx aċċettata.

Fl-ispjegazzjoni tal-vot tiegħu, huwa nnota li kien essenzjali li l-Politika Agrikola Komuni tiġi adattata għall-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi attwali tal-istati membri kollha u adattament bħal dan irid jinkludi ir-realtajiet differenti fl-UE.

Alfred Sant innota li, sfortunatament, kemm il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, kif ukoll id-dokument tal-PE li jemendaha, jonqsu milli jagħmlu dan u żied li fuq medda twila ta’ żmien, is-sħubija fl-UE rriżultat fil-qerda tas-settur agrikolu Malti.

L-interventi tal-PAK f’Malta għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jirranġaw il-ħsara inkella ma jkunux jagħmlu sens.


Alfred Sant votes against new CAP strategy and warns against erosion of Maltese agricultural sector

In an explanation of his vote to the European Parliament plenary session, Alfred Sant said that a derogation allowing the allocation of up to €3 million per year of voluntary coupled support to Maltese farmers remains missing from the strategic plan.

Without this derogation, Maltese farmers would face massive drops of essential support that could mean the definite collapse of the sector. In view of this, Sant voted against both the Commission Proposal as well as the final EP Plenary Report on the Common Agricultural Policy Strategic Plan.

Alfred Sant had attempted to include the derogation through an amendment in the Budget Opinion and by representations with European Parliament negotiators but the proposal was not taken on board. 

In his explanation of vote, he noted that it was essential that the Common Agricultural Policy is adapted to the current socioeconomic conditions of all member states and such adaptation has to include the needs of the different landscapes within the EU.

Alfred Sant noted that, unfortunately, both the original Commission Proposal on the CAP Strategic Plans, as well as the EP text amending it, fail to do so and added that it can no longer be denied that over the long term, EU membership has resulted in a steady erosion of the Maltese agricultural sector.

CAP interventions in Malta should be designed in such a way as to rectify the damage. There is no other way by which they would make sense.

youngworkers

Alfred Sant jappella għal aktar fondi tal-UE favur iktar opportunitajiet ta’ xogħol għaż-żgħażagħ

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew hija parti minn dibattitu fost l-istituzzjonijiet tal-UE bil-għan li tkun imsaħħa l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u titlob għal kriterji ...
Read More
airport

Kummissarju Ewropew tgħid lil Alfred Sant li d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru jibqgħu applikabbli waqt il-kriżi ta’ Covid-19

Il-Kummissjoni Ewropea kienet qed twieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari ta’ Alfred Sant li jiffokaw fuq l-azzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-linji tal-ajru kif ukoll ...
Read More
farmers

Alfred Sant jivvota kontra l-istrateġija l-ġdida tal-CAP u jwissi kontra l-qerda tas-settur agrikolu Malti

Fi spjegazzjoni tal-vot tiegħu lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li deroga li tippermetti l-allokazzjoni sa €3 miljun fis-sena ...
Read More
eu-economy

Alfred Sant jesprimi appoġġ għall-Kummissarju ġdid għas-Servizzi Finanzjarji

Sant, membru tal-kumitat, qal li McGuinness tat prestazzjoni mill-aqwa li wriet li hija iktar minn kapaċi għax-xogħol kumpless li dieħla ...
Read More