L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant inħatar membru tal-FISC, is-sottokumitat tat-taxxa permanenti tal-kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fil-Parlament Ewropew. FISC reċentement inħoloq bħala parti mill-ġlieda kontra l-frodi fiskali u għat-trasparenza finanzjarja.

Wara sensiela ta’ kumitati speċjali u kumitat ta’ inkjesta, maħluqin biex jindagaw id-diversi leaks u skandli tat-taxxa ta’ dawn l-aħħar snin, is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew f’Ġunju ta’ din is-sena qablet dwar mandat għal setup aktar permanenti biex jitfa’ dawl fuq din il-kwistjoni.

Is-sottokumitat dwar kwistjonijiet ta’ taxxa se jittratta b’mod partikolari l-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, kif ukoll it-trasparenza finanzjarja għal finijiet ta’ tassazzjoni.

Fl-2019, fir-rapport finali tal-Kumitat Speċjali dwar ir-Reati Finanzjarji, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa (Kumitat TAX3), il-PE ivvota favur il-ħolqien ta’ struttura permanenti fil-forma ta’ sottokumitat għall-ECON, il-kumitat ekonomiku u finanzjarju tal-PE. Dan isegwi l-ħidma ta’ erba’ kumitati speċjali  jew ta’ inkjesta suċċessivi dwar it-taxxa u l-ħasil tal-flus.

Matul is-snin tiegħu bħala Membru Parlamentari Ewropew, Alfred Sant kellu numru ta’ kisbiet bil-parteċipazzjoni tiegħu fil-kumitati speċjali preċedenti dwar it-taxxa, b’mod partikolari fil-protezzjoni tal-whistleblowers u fil-qasam tat-trasparenza fit-taxxa.

Is-sħubija ta’ Alfred Sant fil-FISC hi partikolarment importanti fid-dawl tal-impenn ta’ Malta favur ir-riformi li jsaħħu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż u jtejbu l-governanza kif ukoll id-djalogu li għaddej bejn il-Gvern Malti u l-istituzzjonijiet tal-UE dwar il-governanza tajba, l-infurzar tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.

L-ewwel laqgħa li ser tikkostitwixxi l-FISC hi prevista għat-tieni nofs ta’ Settembru.


Alfred Sant appointed Member of the European Parliament Tax Subcommittee

Labour MEP Alfred Sant has been appointed a member of FISC, the permanent tax subcommittee of the Economic and Monetary affairs committee in the European Parliament.  FISC was recently created as part of the fight against tax fraud and for financial transparency.

After a series of special committees and a committee of inquiry, created to delve into the various tax leaks and scandals of recent years, the plenary session of the European Parliament in June of this year agreed on a mandate for a more permanent setup to shed light on the matter.

The subcommittee on tax matters will deal particularly with the fight against tax fraud, tax evasion and tax avoidance, as well as financial transparency for taxation purposes.

In 2019, in the final report of the Special Committee on Financial Crimes, Tax Evasion and Tax Avoidance (TAX3 Committee), the EP voted in favour of the creation of a permanent structure in the form of a subcommittee to ECON, the economic and financial committee of the EP. It follows the work of four successive special/inquiry Committees on tax and money laundering. 

During his years as an MEP, Alfred Sant accomplished a number of achievements with his participation in the previous special committees on tax, most notably in the protection of whistleblowers and in tax transparency.

Alfred Sant’s membership of FISC is particularly important in view of Malta’s commitment in favour of reforms to strengthen the country’s institutions and enhance good governance as well as the on-going dialogue between the Maltese Government and EU institutions on governance, enforcement of the anti-money laundering framework and the fight against financial crime.

The first FISC meeting will consist of a constitutive meeting, which is foreseen for the second half of September. 

business-office

Alfred Sant jappoġġja investituri żgħar bħala Rapporteur għall-Grupp S&D dwar is-Suq Kapitali Wieħed Ewropew

Alfred Sant huwa r-rapporteur għall-Grupp S&D fil-Parlament Ewropew għal rapport intitolat "Iktar żvilupp fit-Twaqqif ta’ Suq Kapitali Wieħed Ewropew: titjib ...
Read More
people-tax

Alfred Sant maħtur Membru tas-Sottokumitat tat-Taxxa tal-Parlament Ewropew

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant inħatar membru tal-FISC, is-sottokumitat tat-taxxa permanenti tal-kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fil-Parlament Ewropew. FISC reċentement inħoloq ...
Read More
interpreters-people

L-Ewroparlamentari Laburisti jingħaqdu biex jappoġġjaw l-interpreti freelance tal-Malti

L-Ewroparlamentari Laburisti għamlu rappreżentazzjonijiet flimkien mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni Ewropea f'isem interpreti freelance tal-lingwa Maltija li d-dħul tagħhom kellu impatt ...
Read More
covid-finance

Il-Kummissjoni Ewropea tissorvelja t-tnaqqis tas-servizzi bankarji wara pressjoni minn Alfred Sant

Il-Kummissjoni Ewropea wieġbet għal mistoqsija parlamentari tal-Ewroparlamentari Alfred Sant li fiha huwa talab spjegazzjoni dwar dak li qed isir biex ...
Read More