Il-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, qed jitfa’ pressjoni fuq l-Ewropej, b’lista ta’ ilmenti għal pajjiżu biex jibqa’ fil-ftehim nukleari.

“Jekk l-Ewropej joqogħdu lura milli jirrispondu għat-talbiet tagħna, l-Iran huwa intitolat li jerġa’ jibda l-attivitajiet nukleari tiegħu. Ġaladarba nsibu li l-JCPOA (pjan komprensiv ta’ azzjoni konġunta) ma jkollux benefiċċji, waħda mill-għażliet tagħna hija li jerġgħu jibdew l-attivitajiet li konna ikkanċellajna”, wissa Ayatollah Ali Khamenei waqt li enfasizza li ma jafdax lill-Ewropej.

Huwa sejjaħ għal garanziji fuq l-iżvilupp tal-ekonomija Iranjana. “Jekk l-Istati Uniti jirnexxielha tfixkel il-bejgħ taż-żejt tagħna, aħna nbigħu ż-żejt tagħna bl-ammonti li nixtiequ aħna. Il-banek Ewropej għandhom jiggarantixxu tranżazzjonijiet kummerċjali mal-Iran, ” qal Ali Khamenei.

Il-Mexxej Suprem huwa kontra kull diskussjoni dwar il-programm ballistiku Iranjan jew dwar ir-rwol tiegħu fir-reġjun. “Il-mexxejja tat-tliet pajjiżi Ewropej (Franza, Ġermanja u Renju Unit) għandhom jimpenjaw ruħhom u jwiegħdu li ma jqajmux il-kwistjoni tal-missili u tal-affarijiet reġjonali tar-Repubblika Iżlamika. Kulħadd għandu jkun jaf li r-Repubblika Iżlamika tal-Iran ċertament mhux se tirrinunzja għall-poter tagħha, speċjalment fir-rigward tad-difiża”, wissa l-Mexxej Suprem.

Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin dwar ir-rwol ta’ Tehran fil-Jemen, u dwar dan aktarx issir laqgħa ġdida fi Brussell f’Ġunju.

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Federica Mogherini qalet li l-ftehim mal-Iran (JCPOA) jista’ jibqa’ jgħodd jekk l-Iranjani jibqgħu fih.

IL-POPULISTI MA JRIDUX ESPERTI FINANZJARJI JMEXXU L-ITALJA

L-Ewropa tistenna l-iżviluppi fl-Italja wara li l-President Taljan Mattarella ma aċċettax il-ħatra ta’ Paolo Savona bħala Ministru tal-Finanzi fil-gvern li ...
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI, JIŻDIEDU FIL-LVANT

Kien hemm tnaqqis fil-wasliet tal-immigranti fil-Mediterran Ċentrali, iżda żdiedu l-immigranti fil-Lvant tal-Mediterran. F’April kien hemm 10, 500 traġitt irregolari fir-rotot ...
Read More

JIKKONTESTA DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR MALTA

F’Mistoqsija Parlamentari urġenti lill-Kummissjoni Ewropea Alfred Sant ikkontesta dikjarazzjoni tal-KE li qalet li rakkomandazzjonijet speċifiċi dwar ‘non-performing loans’ kienu indirizzati ...
Read More

ALI KHAMENEI JŻID IL-PRESSJONI FUQ L-EWROPEJ

Il-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, qed jitfa’ pressjoni fuq l-Ewropej, b’lista ta’ ilmenti għal pajjiżu biex jibqa’ ...
Read More

IL-BULGARIJA BARRA Ż-ŻONA EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Bulgarija għadha ma laħqitx il-kundizzjonijiet kollha biex tadotta l-munita ewro f’analiżi dwar il-pajjiżi futuri kandidati biex ...
Read More

L-EBDA GARANZIJA  DWAR PENSJONIJIET U INSURANCES WARA L-BREXIT

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Waldis Dombrovskis qal li l-UE ma tistax tagħti garanziji li – irrispettivament mir-riżultati tan-negozjati dwar il-Brexit ...
Read More

RESTRIZZJONIJIET FUQ GAZPROM

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil kumpanija tal-gass Russa Gazprom biex timxi ma’ numru ta’ regoli bl-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass ...
Read More

FAVUR FINANZJAMENT SOSTENIBBLI GĦALL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI

L-istrateġiji tal-UE għal finanzjamenti sostenibbli tal-qasam tal-manifattura għandhom jimmiraw speċifikament lill-industriji żgħar u medji (SMEs). Dan qalu Alfred Sant meta ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment