Il-Kummissjoni Ewropea qalet li sa Awwissu waslu 105, 663 immigrant fl-Italja, ċifra li hija 8% anqas mill-istess perijodu s-sena l-oħra. L-UE qed tagħmel ħilitha biex tassisti l-Italja fis-salvataġġi tal-immigranti fir-rotta tal-Mediterran. Il-KE qalet dan wara li f’dawn l-aħħar ġimgħat, l-awtoritajiet Taljani salvaw aktar minn 13, 000 immigrant. Il-Kummissjoni qalet ukoll li fejn is-sena l-oħra, l-għadd ta’ immigranti għal din is-sena naqas. Is-salvataġġ tal-ħajjiet umani u l-evitar ta’ diżgrazzji fil-baħar hija waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-kap tal-Aġenzija FRONTEX Fabrice Leggeri qal li l-immigranti qed isibu rotot ġodda għall-Ewropa, fosthom ir-rotta tal-Bulgarija. Il-Kummissjoni qalet li hija lesta biex tgħin lil Bulgarija wkoll.

Il-Kummissjoni qalet li t-Turkija għadha ssegwi l-ftehim li ntlaħaq mal-UE dwar l-immigrazzjoni. F’Awwissu, in-numru ta’ immigranti li waslu l-Greċja kien ta’ 112 kuljum mentri fix-xhur ta’ qabel kien 92 kuljum. Dan huwa ferm inqas miċ-ċifri tal-istess perijodu s-sena l-oħra meta kienu jaslu bejn 2,000 u 10,000 immigrant kuljum.

Il-Kummissjoni qalet li qed iżżomm monitoraġġ kontinwu kemm fuq iż-żona tal-baħar tal-Mediterran u kemm fuq il-baħar Eġew. Il-Kummissjoni qalet li ż-żieda fl-għadd ta’ immigranti  fl-aħħar jiem kien minħabba l-kondizzjonijiet favorevoli tat-temp.

IS-SIGURTA` FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA

Is-Summit ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru se jkun iffukat fuq is-sigurta` interna u esterna tal-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel is-Summit kien maħsub ...
Read More

ERDOGAN XKIEL GĦAS-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-EWROPA

L-applikazzjoni tat-Turkija biex issir membru tal-Unjoni Ewropa se tiffaċċja aktar xkiel sakemm jibqa’ jmexxi l-President Recep Tayyip Erdogan. Dan qalu ...
Read More

IR-RENJU UNIT IFITTEX OPPORTUNITAJIET ĠODDA

Wara li jitlaq mill-UE, ir-Renju Unit se joħloq pjan biex jibqa’ wieħed mill-aqwa pajjiżi għall-kummerċ madwar id-dinja, qalet il-Prim Ministru ...
Read More

ANQAS IMMIGRANTI JASLU L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li sa Awwissu waslu 105, 663 immigrant fl-Italja, ċifra li hija 8% anqas mill-istess perijodu s-sena l-oħra ...
Read More

MA JAQBLUX DWAR IS-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Litwanja qalet li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kunflitt tal-Ukraina għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż titjieb. Dan wara li s-Slovakkja ...
Read More

REAZZJONI FURJUŻA KONTRA BARROSO

Il-ħatra ta’ Jose` Manuel Barroso, ex-President tal-Kummissjoni Ewropea ma’ Goldman Sachs International, ġabet reazzjoni furjuża minn politiċi Ewropej. Il-ħatra qanqlet ...
Read More

FRANZA KONTRA T-TTIP

Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ li se ssir fi Bratislava fit-22/23 ta’ Settembru, Franza mhux se tagħti l-appoġġ politiku tagħha favur it-TTIP ...
Read More

ARINGI FLOK SOTTOMARINI RUSSI

Fis-snin tmenin in-navy Svediża kienet spiss tisma’ ħsejjes taħt il-baħar. Dawn il-ħsejjes għal ħafna snin ġew ikklassifikati bħala sottomarini Russi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment