In-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew mistenni jonqos għal 705 mis-751 siġġu tal-lum. Dan se jsir fuq suġġeriment tal-Kumitat Parlamentari Ewropew dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali. Il-Kumitat qabel li jnaqqsu 46 siġġu mit-73 siġġu allokati għar-Renju Unit u jqassamhom fuq stati-membri oħra. Qed ikun propost li bis-27 siġġu li fadal minn dawk allokati għar-Renju Unit tinħoloq “lista transnazzjonali” għall-elezzjonijiet Ewropej. Dil-lista tkun tinkludi kandidati mill-Ewropa kollha biex iċ-ċittadini Ewropej jagħżlu 27 kandidat mil-liema pajjiż iridu.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew ivvota hekk fuq id-distribuzzjoni l-ġdida tas-siġġijiet tal-Parlament Ewropew għas-27 Stat Membru, wara t-tluq tar-Renju Unit : Ġermanja: 96 MPE (96 MPE għall-perijodu 2014-2019), Franza: 79 MPE (74), Italja: 76 (73), Spanja: 59 (54), Polonja: 52 (51), Rumanija: 33 (32), Olanda: 29 (26), Belġju: 21 (21), Greċja: 21 (21), Repubblika Ċeka: 21 (21) Portugall: 21 (21), Ungerija: 21 (21), Svezja: 21 (20), Awstrija: 19 (18), Bulgarija: 17 (17), Danimarka: 14 (13), Finlandja: 14 (13), Slovakkja: 14 (13), Irlanda: 13 (11), Kroazja: 12 (11), Litwanja: 11 (11), Slovenja: 8 (8), Latvja: 8 (8), Estonja: 7 (6), Ċipru: 6 (6), Lussemburgu: 6 (6), Malta: 6 (6).
Dawn l-iżviluppi ftit mistennija jħallu impatt fuq il-burdata taċ-ċittadini li se jkunu eleġibbli jivvotaw f’dawn l-elezzjonijiet. L-iżviluppi fil-ħajja nazzjonali tal-istati membri se jkunu ferm aktar importanti mill-iżviluppi fil-Parlament Ewropew. Kull effett fil-ħajja nazzjonali madwar l-Ewropa se jħalli warajh effett importanti fuq il-futur tal-Ewropa. Dawn jiddeterminaw jekk l-Ewropa hux se tinħakem minn aktar ewroxettiċiżmu u jekk hux se jkomplu jinxterdu l-partiti populisti fuq il-kontinent.

ANQAS SIĠĠIJIET FIL-PARLAMENT EWROPEW
Read More

MHUX KREDIBBLI MILL-BIDU SAL-AĦĦAR
Read More

TERZ TAL-GASS FL-EWROPA ĠEJ MIR-RUSSJA
Read More

DISA’ PAJJIŻI MSEJĦA BRUSSELL MINĦABBA L-KWALITA` TAL-ARJA
Read More

MIL-LISTA S-SEWDA GĦAL-LISTA L-GRIŻA
Read More

INĠUSTIZZJA MAL-BULGARIJA
Read More

Il-PRIJORITAJIET TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2018
Read More

GĦARFIEN AKBAR DWAR L-ISTATI FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA
Read More
Post a comment