Alfred Sant qal li l-pandemija tal-Covid-19 ħalliet ħafna kumpaniji f’diffikultà finanzjarja, speċjalment intrapriżi żgħar u medji għalkemm l-intervent tal-gvern għen biex jittaffa ftit mill-impatt.

Twaqqaf grupp ta’ ħidma dwar l-assigurazzjoni kontra l-pandemija fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea biex jiddiskuti l-għajnuna dwar poloz kummerċjali partikolarment għal intrapriżi żgħar u medji fil-kuntest ta’ tfixkil ta’ negozju mhux assigurat b’ riżultat tal-pandemija.

 “Madankollu, għad fadal ħafna xi jsir u ħtieġa ċara li nirkupraw waqt li ndaħħlu r-reżiljenza fl-ekonomija tagħna. Dan jippermettilna nkunu ppreparati aħjar għall-kriżi li jmiss ”, qal Alfred Sant.

Tabilħaqq, hemm nuqqas ta’ protezzjoni finanzjarja għal avvenimenti sistematiċi kbar u din il-pandemija hija biss manifestazzjoni waħda tal-varjetà ta’ riskji tas-sistema li jistgħu jfixklu l-ekonomija Ewropea.

Alfred Sant innota li sabiex titnaqqas id-differenza fil-protezzjoni finanzjarja għal riskji sistematiċi kbar, l-UE tista’ tiżgura r-reżiljenza tas-suq uniku billi tipprovdi xi forma ta’ garanzija mmirata biex ittaffi l-impatt possibbli ta’ riskji bħal dawn.


A call for democratic debate on pandemic insurance 

Alfred Sant said that the Covid-19 pandemic has left many companies in financial difficulty, especially small and medium enterprises although government intervention has helped alleviate some of the impact. 

An inter-service working group on pandemic Insurance has been created at the level of the European Commission to discuss support for commercial policyholders particularly small and medium-sized enterprises in the context of uninsured business interruption losses as a result of the COVID-19 pandemic.

“However, there is still a way to go and a clear need to recover while embedding resilience in our economy. This will allow us to be better prepared for the next crisis”, Alfred Sant said. 

Indeed, there is a shortage of financial protection for large systemic events and this pandemic is only one manifestation of the variety of system risks that could disrupt the European economy. 

Alfred Sant noted that in order to bridge the gap in financial protection for large systemic risks, the EU could ensure the resilience of the single market by providing some form of guarantee aimed at mitigating the possible impacts of such risks.

 

covid

Alfred Sant jesprimi dubju dwar it-trasparenza tal-istrateġija tal-UE għat-tilqim tal-Covid-19

Permezz tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Vaċċini mnedija f'Ġunju 2020, il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat u kkonkludiet ftehim ta’ xiri bil-quddiem ma' żviluppaturi tal-vaċċini ...
Read More
pplatwork

Niddefendu s-sovranità tal-Istati Membri tal-UE dwar it-taxxa

Alfred Sant qal li r-riżoluzzjoni tappoġġja rati minimi tat-taxxa madwar l-Ewropa kollha li jċaħħdu d-dritt leġittimu tal-pajjiżi periferiċi li jistabbilixxu ...
Read More
debate

Appell għal dibattitu demokratiku dwar l-assigurazzjoni tal-pandemija

Alfred Sant qal li l-pandemija tal-Covid-19 ħalliet ħafna kumpaniji f’diffikultà finanzjarja, speċjalment intrapriżi żgħar u medji għalkemm l-intervent tal-gvern għen ...
Read More
enterprise

Alfred Sant jitlob lill-Kummissjoni Ewropea timpenja ruħha dwar fond favur intrapriżi żgħar u medji.

Fond bħal dan isostni opportunitajiet ta’ investiment u finanzjament għall- intrapriżi żgħar u medji u jindirizza d-diversi ostakli għall-metodi tagħhom ...
Read More