Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li titlob għal kunsiderazzjoni akbar ta’ ċerti karatteristiċi territorjali speċifiċi, speċjalment dawk tal-gżejjer u tar-reġjuni fil-periferija tal-Unjoni Ewropea. Ir-riżoluzzjoni tipproponi tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.
Dr Sant qal li jaqbel mal-importanza li jkunu mfassla strateġiji, programmi u azzjonijiet magħmula speċifikament għal reġjuni differenti tal-UE u qal li jaqbel mal-possibilita` li jitniedu aġendi speċifiċi ġodda. Waqt il-preparazzjoni għal politika ta’ koeżjoni għal qafas finanzjarju li jmis, il-prijorita` għandha tibqa’ dik li l-ebda reġjun jew komunita` fl-Ewropa ma titħalla taqa’ lura.
Dr Sant qal li ċ-ċittadini Ewropej għandhom jibbenefikaw minn tkabbir ta’ dan it-tip permezz ta’ impjiegi ta’ kwalita`, politika tal-edukazzjoni mfassla apposta, u tkabbir li jiggarantixxi servizzi bażiċi bħat-trasport u l-enerġija. Din ir-riżoluzzjoni, qal Dr Sant, tirrikonoxxi li l-prijorita` għandha tibqa’ dik li jinkiseb tkabbir imma fir-rispett tal-ambjent, ibbażat fuq investiment kemm pubbliku u kemm privat.
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tressqet wara s-seba’ rapport ta’ koeżjoni li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas finanzjarju li jmiss. F’dan ir-rapport il-Parlament Ewropew jagħti l-fehmiet tiegħu qabel il-preżentazzjoni tal-proposti tal-qafas finanzjarju tat-2 ta’ Mejju 2018, u r-regolamentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni fid-29 ta’ Mejju 2018.
Ir-riżoluzzjoni ġiet approvata b’506 vot favur, 71 kontra u 45 astenzjoni.

APPOĠĠ LILL-GŻEJJER U R-REĠJUNI FIL-PERIFERIJA TAL-UE
Read More

FERMENT KONTRA ORBAN
Read More

25,300 TILFU ĦAJJITHOM FIT-TOROQ TAL-EWROPA FL-2017
Read More

INĊIDENT TERRORISTIKU KULL SITT IJIEM FL-EWROPA
Read More

KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA
Read More

SUQ KOMUNI GĦALL-ISTATI BALKANI
Read More

TĦASSSIB DWAR L-EWWEL IMPJANT NUKLEARI TAT-TURKIJA
Read More

IL-MAROKK F’INIZJATTIVA DWAR L-ILMA U L-IKEL FIL-MEDITERRAN
Read More
Post a comment