Rapport dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għas-sena 2017 u ppreżentat mill-Ewroparlamentari Alfred Sant ġie approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON). Ir-rapport tħejja fid-dawl ta’ livell baxx ta’ investimenti fl-istati membri, tkabbir ekonomiku anqas milli kien imbassar, livell għoli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, inċertezza ekonomika mqanqla mir-referendum tar-Renju Unit u relazzjonijiet diffiċli mar-Russja. Ir-Rapport jistieden lil Kummissjoni Ewropea biex tagħti prijorita` lil miżuri li jnaqqsu l-ostakli għal aktar flussi ta’ investiment, speċjalment fis-settur tal-enerġija, trasport, komunikazzjoni u ekonomija diġitali. Wara diskussjoni, ir-Rapport ġie approvat mill-Kumitat b’39 vot favur, 14 kontra u 4 astensjonijiet.

Ir-Rapport jappoġġja kull miżura li tiżgura parteċipazzjoni sħiħa nazzjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ta’ kull pajjiż (CSRs). Ir-Rapport jinkoraġġixxi dan billi jisħaq li s-CSRs ikunu mfassla madwar numru limitat ta’ prijoritajiet tal-UE u bl-involviment sħiħ tal-parlamenti nazzjonali u awtoritajiet reġjonali u lokali. Ir-Rapport jitlob lill-istati membri biex jiżguraw skrutinju demokratiku u mirqum tal-Programm tar-Riformi Nazzjonali fil-parlamenti lokali tagħhom. Ir-Rapport jenfasizza li mhux aċċettabbli li l-UE ma tilħaqx l-għan tagħha li tnaqqas il-faqar.

Ir-rapport issa jitla’ għad-diskussjoni u approvazzjoni fil-Plenarja ta’ Strasburgu.

SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA

Il-Kapijiet tal-istati membri tal-UE fi tmiem din il-ġimgħa jiltaqgħu fi Brussell għas-Summit Ewropew. Dan is-Summit mistenni jkun iddominat mill-politika tal-kummerċ ...
Read More

 L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI

Alfred Sant talab lill-istituzzjonijiet Ewropej li huma involuti fin-negozjati dwar il-BREXIT, biex ikunu ċari kemm jistgħu lejn iċ-ċittadini Ewropej dwar ...
Read More

REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT

Qed ikun hemm reazzjonijiet kontrastanti mis-setturi tal-kummerċ madwar id-dinja dwar l-effetti tal-BREXIT. Il-prospett li r-Renju Unit  joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed ...
Read More

IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

Il-Ġermanja u l-Awstrija talbu estensjoni ta’ sitt xhur oħra għat-tkomplija tal-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom.  Fit-12 ta’ Mejju  il-Ġermanja, l-Awstrija, L-Isvezja, ...
Read More

APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE

Rapport dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għas-sena 2017 u ppreżentat mill-Ewroparlamentari Alfred Sant ġie approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew ...
Read More

L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż François Villeroy de Galhau qal li l-Ewropa għandha bżonn riformi li jinkoraġġixxu l-investimenti u saħaq li ...
Read More

MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU

Numru ta’ stati membri għadhom ma implimentawx pjan fejn il-linji tal-ajru jkunu mitluba jżommu dettalji dwar passiġġieri li jtiru magħhom ...
Read More

B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW

Il-Parlament Ewropew beda jikri binja li kienet id-dar tal-artist Belġjan Antoine Wiertz għal prezz simboliku ta’ €1. Il-binja, li saret ...
Read More

 

 

Facebook Comments

Post a comment