L-inflazzjoni għax-xahar ta’ April fiż-żona ewro u fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 0.0% komparata ma’ -0.1 għax-xahar ta’ Marzu. F’April 12-il stat membru kellhom rata negattiva ta’ inflazzjoni. Dawn kienu: il-Greċja (-1.8%), Ċipru (-1.7%), il-Bulgarija u l-Polonja (-0.9%), Spanja u s-Slovenja (0.7%), il-Litwanja (-0.6%), l-Irlanda (-0.4%), il-Kroazja, l-Italja, l-Islovakkja u l-Finlandja (-0.1%). L-inflazzjoni kienet żero f’4 pajjiżi: Il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda u r-Renju Unit. L-ogħla rati annwali ġew reġistrati f’Malta (1.4%) u fl-Awstrija (0.9%). Ikkomparata max-xahar ta’ qabel, l-inflazzjoni niżlet f’9 pajjiżi membri, baqgħet stabbli f’pajjiż membru u għoliet fi 17-il pajjiż tal-UE.

Iż-żieda fl-inflazzjoni kienet affettwata l-aktar mir-restoranti u l-kafetteriji (+0.10%), il-kera (+0.08%) u l-ħaxix (+0.07%). Filwaqt li l-fuel għat-trasport (-0.42%), il-‘heating oil’ (-0.17%) u l-gass (-0.07%) huma l-aktar prodotti li affettwaw biex iżommu l-inflazzjoni baxxa.

Facebook Comments

Post a comment