Ir-rata annwali tal-inflazzjoni fiż-żona Ewro għax-xahar ta’ April kien 0.0%, meta kkomparata ma’ -0.1% għax-xahar ta’ Marzu. Dan skont ‘Eurostat’, l-uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Meta nħarsu lejn is-setturi ewlenin li jaffettwaw l-inflazzjoni fiż-żona ewro insibu –  is-servizzi (0.9% komparat ma’ 1.0% f’Marzu), l-ikel, ix-xorb alkoħoliku u t-tabakk (0.9%, komparat ma’ 0.6% f’Marzu). Dawn mistennija li jkollhom l-ikbar rati annwali f’April. Warajhom insibu prodotti industrijali mhux marbutin mal-enerġija (0.1%, komparat ma’ 0,0% f’Marzu) u l-enerġija (-5.8%, komparat ma’ -6.0% f’Marzu).

Facebook Comments

Post a comment