Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May mistennija tattiva artiklu 50, li permezz tiegħu jibdew in-negozjati tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, f’Jannar jew Frar li ġej. Theresa May qalet li jkun impossibbli li tattiva dan l-artiklu din is-sena imma li aktarx ir-Renju Unit ikun lest, “sa Jannar jew Frar tas-sena d-dieħla.”

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qal li n-negozjati mar-Renju Unit iridu jkunu fl-aħjar interess tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea u fl-aħjar interess taċ-ċittadini Ewropej biex ma jkunux trattati bħala ċittadini tat-tieni klassi fir-Renju Unit.

Fis-summit ta’ Bratislava s-27 pajjiż ikkonfermaw dak li diġa` qablu dwaru eżatt wara r-riżultat tar-referendum Ingliż. Dawn qalu li aċċess għas-suq intern ifisser li l-pajjiż ikollu jaċċetta l-4 libertajiet tal-Unjoni : il-moviment ħieles tal-ħaddiema, tal-kapital, tal-oġġetti u tas-servizzi.

Il-President tal-Parlament Ewropej Martin Schulz, li ma kienx mistieden għas-summit ta’ Bratislava, qal li huwa inaċċettabbli li jkun hemm xi ġerarkija għal dawn l-erba` libertajiet.

TNAX-IL XAHAR DEĊIŻIVI GĦALL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors annwali tiegħu dwar l-‘Istat tal-Unjoni’ Jean-Claude Juncker qal lill-Parlament Ewropew li l-UE għandha żewġ toroq quddiemha– li tinħatt quddiem ...
Read More

TAL-VISEGRAD IRIDU SAĦĦA AKBAR GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Waqt li l-Ungerija ressqet il-qorti għaxar immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tagħha, il-pajjiżi tal-Visegrad – il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika ...
Read More

L-EWROPA GĦANDHA TIPPROMOVI ĠUSTIZZJA SOĊJALI REALI

F’intervent waqt id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu li l-politika tal-Unjoni Ewropea għandha ...
Read More

ARTIKLU 50 JIĠI ATTIVAT F’JANNAR/FRAR 2017

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May mistennija tattiva artiklu 50, li permezz tiegħu jibdew ...
Read More

BIEX IL-POLONJA SSOLVI L-KRIŻI KOSTITUZZJONALI

Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib dwar il-paraliżi tat-Tribunal Kostituzzjonali fil-Polonja li qed jipperikola d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-osservanza tal-liġi. Ir-riżoluzzjoni għaddiet ...
Read More

BARROSO INVESTIGAT

Wara l-ittri li rċieva mingħand l-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly, il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker fetaħ investigazzjoni fuq il-predeċessur tiegħu Jose` ...
Read More

FAVUR IL-PAGA MINIMA GĦALL-EWROPA KOLLHA

Kważi 40 sena wara li Malta lleġislat dwar il-paga minima, il-Parlament Ewropew irrakkomanda lill-istati membri paga minima minn tal-inqas 60% ...
Read More

L-OKTOBERFEST MAGĦNA

Kuntrarju għal dak li bosta jaħsbu, l-Oktoberfest hija l-kommemorazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ bejn il-Prinċep Ludwig u l-Prinċipessa Therese von Sachsen-Hildurghausen li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment