L-attakki terroristiċi fi Brussell ħasdu lil kulħadd, minkejja li kif stqarr il-Prim Ministru Belġjan il-forzi tas-sigurta` Belġjani kienu qed jistennewhom. L-attakk fuq Brussell ma kienx inċident iżolat.  Fl-aħħar ġimgħat rajna attakki simili f’Ankara u f’Istanbul fit-Turkija b’għadd kbir ta’ vittmi. Iżda l-attakki ta’ Brussell ħasduna aktar minħabba l-prossimita` politika bejna u l-belt kapitali tal-Unjoni Ewropea, apparti l-preżenza ta’ għadd kbir ta’ Maltin li jaħdmu fl-istituzzjonijiet Ewropej f’din il-belt.

Dan l-attakk seħħ ftit sigħat wara l-arrest ta’ wieħed mis-suspettati tal-attakki terroristiċi ta’ Novembru f’Pariġi. Ir-rapidita` li bih seħħew l-attakki jixhed li kienu ilhom jiġu mħejjija, sempliċiment ġew aċċellerati malli sar magħruf l-arrest ta’ wieħed minnhom.

Brussell mhux biss hi l-kapitali tal-UE, imma tilqa’ fiha l-kwartieri tan-NATO, aġenziji internazzjonali u tal-Gvern Belġjan. Ir-Re Philippe tal-Belġju ġa stqarr li l-Belġju jinsab f’luttu u mhux se jibqa’ l-pajjiż li konna mdorrija bih. Dawn huma l-agħar jiem ta’ dan il-pajjiż mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn.

L-attakki heżżew l-istituzzjonijiet Ewropej. L-atmosfera hemmhekk, bir-raġun, hija waħda ta’ dieqa. Is-sigurta` issa qiegħda fl-ogħla livelli tagħha. Ħafna mill-impenji fil-Parlament Ewropew tħassru ftit sigħat qabel kellu jagħlaq għall-festi tal-Għid.

X’se jsir issa? Il-gvern Belġjan qed jgħid lin-nies biex ma jivvjaġġawx lejn Brussel għalissa. Bla dubju se jiżdiedu aktar il-miżuri ta’ sigurta`. Imma l-insigurta` fost l-Ewropej se tiżdied. U xi jfisser dan kollu? Li t-terroristi laħqu l-għanijiet tagħhom? Li rnexxielhom jiddistabillizzaw il-kapitali tal-Ewropa? Li huwa żgur hu li għal darba oħra l-Ewropa se tkun qed tirreaġixxi għal attakk terroristiku ieħor, waqt li għadha qed tipprova tirkupra mill-problemi l-oħra kollha li għaddejja minnhom bħalissa.

ATTAKK FUQ L-EWROPA

L-attakki terroristiċi fi Brussell ħasdu lil kulħadd, minkejja li kif stqarr il-Prim Ministru Belġjan il-forzi tas-sigurta` Belġjani kienu qed jistennewhom ...
Read More

IL-FTEHIM BEJN IT-TURKIJA U L-UE: KEMM SE JKUN EFFETTIV?

L-UE se tibda tibgħat lura lit-Turkija l-immigranti li jaslu fuq ix-xtut tagħha. Għal kull immigrant li jintbagħat lura, se tieħu ...
Read More

JAGĦTU DAQQA T’ID LIL GREĊJA

13-il stat membru tal-UE flimkien man-Norveġja qed joffru l-għajnuna u l-assistenza tagħhom lil Greċja, li bħalissa hija mifnija bil-problemi tal-immigranti ...
Read More

MA JIRRISPETTAWX L-OBBLIGI BAĠITARJI TAGĦHOM

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet it-tħassib tagħha għaliex Spanja, il-Belġju, il-Kroazja, il-Finlandja, l-Italja u r-Rumanija mhumiex jirrispettaw l-obbligi baġitarji tagħhom. Il-Kummissjoni wissiet ...
Read More

AKTAR FLESSIBILITA` DWAR IR-RATI TAL-VAT

Il-Kunsill tal-Ewropa jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tiżdied il-flessibilita` nazzjonali dwar rati mnaqqsa tal-VAT. Il-Kummissjoni qed tħejji pjan ta’ azzjoni dwar ...
Read More

L-UNJONI BANKARJA GĦANDHA TINDIRIZZA IR-REALTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Il-miżuri l-ġodda tal-Unjoni Bankarja għandhom jindirizzaw ir-realtajiet tal-istati membri u m’għandhomx ikunu kollha tal-istess tip għal kulħadd; dawn il-miżuri m’għandhomx ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI FL-EWROPA

Ir-rata ta’ nies fid-dinja tax-xogħol qed tiżdied, anki jekk b’mod kajman fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ nies jaħdmu żdiedet b’medja ta’ ...
Read More

MEĦTIEĠA SOLUZZJONIJIET ĠODDA GĦALL-GŻEJJER ŻGĦAR TAL-UE

Membri Parlamentari Ewropej minn Sqallija, Sardinja, gżejjer Griegi, Ċipru u Malta qablu li l-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha soluzzjonijiet ġodda għall-politika ...
Read More

GĦAWDEX JIXRAQLU TRATTAMENT SPEĊJALI

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi li gżejjer żgħar bħal Għawdex ma jaffettwawx is-suq ħieles u li r-regoli tal-għajnuna tal-istat u r-regoli ...
Read More

€200 MILJUN GĦALL-ERITREA

L-Eritrea mistennija tirċievi €200 miljun sas-sena 2020. Il-Parlament Ewropew qed jisħaq mal-Kummissjoni biex tassigura ruħha li l-ebda ċenteżmu minn dawn ...
Read More

X’INHU INTERGROUP?

Fil-Parlament Ewropew hemm 28 Intergroups. Dawn ġew approvati fil-11 ta’ Diċembru 2014 mill-Konferenza tal-Presidenti. L-Intergroups jistgħu jkunu ffurmati mill-Membri Parlamentari ...
Read More

TRADIZZJONIJIET  TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Fl-Ewropa x-xeni li jwassluna għall-ikbar festa tal-Knisja huma simili b’karatteristiċi differenti. F’Sevilja fi Spanja jsiru l-purċissjonijiet bir-Redentur b’xemgħat twal erba’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment