Erba’ xhur qabel l-elezzjonijiet fil-Ġermanja, l-aġenzija tas-sigurta` elettronika Ġermaniża BSI wissiet lil partiti politiċi biex isaħħu s-sistemi fil-kompjuters tagħhom.

Il-Kap tal-aġenzija tal-ispjunaġġ Ġermaniż akkuża lil Moska li qed tiġbor ammonti kbar ta’ informazzjoni politika permezz ta’ attakki elettroniċi. Moska hija akkużata li pprovat tinfluwenza l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti u fi Franza. Issa hemm it-tħassib li se tipprova tinfluwenza wkoll l-elezzjonijiet fil-Ġermanja tal-24 ta’ Settembru.

Il-Gvern Ġermaniż żied il-fondi lil aġenzija BSI li f’din is-sena se żżid 180 impjegat ieħor. Uffiċċjali tas-sigurta` jemmnu li l-attakki qed isiru mill-grupp Russu APT 28. Ħadd ma jaf minn hemm wara dan il-grupp. Il-grupp  jisraq u jaħżen informazzjoni mill-emails personali tal-politiċi. Jintqal li hekk ġara fil-kas ta’ Hilary Clinton u Emmanuel Macron. Il-grupp jitfa’ wkoll viruses fil-kompjuters tal-politiċi biex dawn ma jkunux jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni li jkollhom fuq il-kompjuter tagħhom stess jekk ma jħallsux lil APT 28.

Il-Kremlin qal li ma għandu l-ebda konnessjoni ma’ dawn l-attakki u ma jafx min huma l-individwi fi ħdan APT 28. Il-President Russu Vladimir Putin iddeskriva l-allegazzjonijiet dwar l-indħil Russu fl-elezzjonijiet presidenzjali tal-Istati Uniti bħala ‘xnigħat’.

L-Istati Uniti u l-Uffiċċjali Ewropej qalu li Moska trid tnaqqas il-fiduċja fl-għaqda Ewropea.

WIĊĊ ĠDID GĦALL-EWROPA

Emmanuel Macron wiegħed li jsaħħaħ il-kunfidenza mitlufa tal-Franċiżi u li se jniedi mill-ġdid l-Unjoni Ewropea. Macron ta’ 39 sena ħa ...
Read More

DISKUSSJONIJIET IMQANQLA BEJN LONDRA U BRUSSELL

Dik li kellha tkun laqgħa kwieta bejn il-pajjiżi tal-UE u r-Renju Unit spiċċat fi skambju ta’ ideat imqanqla tant li ...
Read More

MALTA BL-IKBAR TNAQQIS FIT-TNIĠĠIS TAL-ARJA

Fl-2016 il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea komplew inaqqsu l-emissjonijiet il-ħżiena (b’0.4%) għal arja aktar nadifa. B’kollox ħdax-il stat membru biss – ewlenija ...
Read More

L-OLANDA BL-INWKIET BIEX TIFFORMA GVERN

Wara l-elezzjonijiet tal-15 ta’ Marzu, l-Olanda ma rnexxilhiex tifforma koalizzjoni bejn il-partiti. It-taħditiet fallew minħabba nuqqas ta’ qbil fil-politika tal-immigrazzjoni ...
Read More

ATTAKKI ELETTRONIĊI JĦASSBU LIL ĠERMANJA

Erba’ xhur qabel l-elezzjonijiet fil-Ġermanja, l-aġenzija tas-sigurta` elettronika Ġermaniża BSI wissiet lil partiti politiċi biex isaħħu s-sistemi fil-kompjuters tagħhom. Il-Kap ...
Read More

ELEZZJONIJIET BIKRIJA FL-AWSTRIJA

Mal-ħatra tiegħu ta’ mexxej ġdid tal-partit konservattiv Awstrijakk, Sebastian Kurz għajjat elezzjoni bikrija fl-Awstrija. Il-partit tas-Soċjal-Demokratiku Christian Kern ammetta li ...
Read More

GĦAXAR STATI MEMBRI B’SURPLUS BAĠITARJU FL-2016

Għaxar stati membri, tmienja minnhom fiż-żona Ewro, kisbu surplus baġitarju fl-2016. Il-pajjiżi huma: il-Lussemburgu (+1.6% tal-Prodott Gross Nazzjonali), Malta (+1.0%), ...
Read More

MA JAQGĦUX FIN-NASSA TAL-POPULISTI

Ir-Rappreżentanta għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini temmen li r-riżultati tal-elezzjonijiet riċenti f’għadd ta’ stati membri  tal-Unjoni Ewropea turi li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment