Il-banek żgħar u anqas kumplessi meta mqabbla mal-banek kbar internazzjonali, mhux se jkunu suġġetti għall-istess pjanijet ta’ organizzazzjoni ġdida li se tkun responsabbli biex tagħlaq banek falluti fiż-żona Ewro.

Elke König qalet dan meta kienet qed tindirizza l-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew. Alfred Sant staqsiha jekk tħosshiex aktar b’saħħitha meta tkun qed tittratta ma’ problemi ta’ banek f’Malta jew f’Ċipru u tkunx aktar kawta meta tittratta l-istess problemi ma’ banek kbar fil-Ġermanja jew Franza. Ms König hija l-unika kandidata biex issir il-Kap tas-‘Single Resolution Board’ (SRB), l-organizzazzjoni responsabbli mill-għeluq ta’ banek falluti fiż-żona Ewro.
‘Kemm jien kunfidenti li l-pressjoni politika ma tinħassx differenti, meta niġu għal banek żgħar vis-a-vis pajjiżi kbar, jew bejn banek żgħar u banek kbar? Naħseb li aħna kommessi għal klawsola Ewropea u li kulħadd ikun ittrattat l-istess, li għalija tfisser ukoll proporzjonalita` wkoll fl-ippjanar. Ma għandekx bżonn l-istess pjan għal banek iżgħar li jista’ jkollok bżonn għal banek kbar, banek internazzjonali. Imma s-sistema trid tkun l-istess għal kulħadd, anke meta jkun deċiż li jingħalqu l-banek li jkunu fallew.’ Elke König qalet lil Alfred Sant.
Dan il-Bord (Single Resolution Board – SRB) se jkun ibbażat fi Brussell u jibda jopera mill-bidu ta’ 2016.
Agħfas din il-link biex tara l-interventi ta’ Alfred Sant u Elke König.

Facebook Comments

Post a comment