Bdiewa Għawdxin se jressqu l-proposti tagħhom lil Alfred Sant f’rapport formali biex isegwih f’livelli differenti tal-Parlament Ewropew bl-għan li jżidu l-kompetittivita` u jgħinhom jippenetraw is-swieq Ewropej.  F’laqgħa f’Ta’ Mena Estate fil-wied ta’ Marsalforn, il-bdiewa semmew in-nuqqas ta’ riżorsi bħall-ilma għall-irrigazzjoni, għelieqi mhux maħduma, ħitan tas-sejjieħ imwaqqa’, il-kompetizzjoni inġusta minn swieq barranin, it-telf tal-ħamrija u n-nuqqas ta’ fertilizzant bħad-demel, li jixtiequ jużaw imma mhux jitħallew jużaw fl-għelieqi tagħhom bil-konsegwenza li ma jistgħux jiddisponu sewwa minnu u jittrattawh.

Is-Sur Joe Spiteri, f’isem Mena Estate, esprima t-tħassib tal-bdiewa Għawdxin involuti fil-kultivazzjoni tad-dwieli, żebbuġ, siġar taċ-ċitru, tadam, frawli, għasel u prodotti oħra. Ta’ Mena Estate jipproduċu l-inbid tagħhom, żejt taż-żebbuġa, ikel u liqueurs minn frott differenti. Is-Sur Spiteri nnota li l-produzzjoni mid-dwieli u siġar taż-żebbuġ mhux tlaħħaq mad-domanda u din is-sitwazzjoni jeħtieġ tiġi indirizzata biex ma jintilfux l-opportunitajiet li nħolqu fl-aħħar snin.

Is-Sur Spiteri rrefera għan-nuqqas ta’ użu ta’ art agrikola tal-gvern f’Għawdex li tista’ tintuża għall-produzzjoni tad-dwieli, żebbuġ u produzzjoni agrikola oħra.

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ L-UNGERIJA

Ir-referendum tal-Ħadd li għadda fl-Ungerija kif se jiġi interpretat? L-Ungeriżi ġew mitluba jivvotaw dwar l-immigrazzjoni u l-politika tal-Kummissjoni Ewropea li ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA FAVUR DIFIŻA KOMUNI

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini għaddejja bil-konsultazzjonijiet biex jintlaħaq qbil dwar żviluppi ġodda fil-qasam tas-sigurta` u d-difiża komuni ...
Read More

JIPPREŻENTA RAPPORT DWAR INVESTIMENTI ĠODDA FL-UE

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant, rapporteur għal grupp tal-S&D, ippreżenta rapport dwar investimenti ġodda fi ħdan l-Unjoni waqt laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku ...
Read More

DISKUSS IL-KUMMERĊ BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE

Il-Ġappun determinat li jagħti spinta lin-negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles u investiment mal-UE. Il-Kummissarju tal-Kummerċ Cecilia Malmstrom laqgħet din ...
Read More

BDIEWA GĦAWDXIN IRIDU JIPPENETRAW IS-SWIEQ EWROPEJ

Bdiewa Għawdxin se jressqu l-proposti tagħhom lil Alfred Sant f’rapport formali biex isegwih f’livelli differenti tal-Parlament Ewropew bl-għan li jżidu ...
Read More

IRIDU AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL F’GĦAWDEX

Żgħażagħ Għawdxin jixtiequ aktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex, minkejja li jifhmu li llum ikollhom jagħmlu karriera f’Malta jew lil hinn ...
Read More

200 SENA ILU IVVINTAW L-ISTETOSKOPJU

FL-1816 fi sptar f’Pariġi it-tabib Rene` Laennec kellu pazjenta tbati minn problemi f’qalbha. Ftit kien hemm xi jsir ħlief li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment