Il-Parlament Ewropew beda jikri binja li kienet id-dar tal-artist Belġjan Antoine Wiertz għal prezz simboliku ta’ €1. Il-binja, li saret mużew, tinsab ħdejn il-Parlament tant li se tibda tintuża bħala estensjoni tal-faċilitajiet tiegħu. Fil-mużew jinsabu bosta xogħlijiet tal-istess artist iżda dawn se jibqgħu propjeta` tal-Gvern Belġjan. Wiertz kien aktar rinomat għad-daqsijiet kbar tal-pitturi li kien joħloq milli għall-ġenjalita` tiegħu.
Il-mużew se jibqa’ miftuħ għal pubbliku imma l-ġnien se jintuża biss għall-avvenimenti organizzati mill-Parlament.
Il-Parlament se jiftaħ ukoll Dar tal-Istorja Ewropea f’bini storiku ieħor ukoll qrib il-bini tal-Parlament. Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz qal lill-kollegi tiegħu li l-Parlament Ewropew sar qisu xi fiera b’kull xorta ta’ attrazzjonijiet u ikel u xorb li kollha huma ta’ distrazzjoni mix-xogħol importanti tal-parlament – dak li jinstabu soluzzjonijiet għal kriżijiet Ewropej.

SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA
Read More

L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI
Read More

REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT
Read More

IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI
Read More

APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE
Read More

L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI
Read More

MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU
Read More

B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW
Read More
Post a comment