Ir-refuġjati huma intitolati għal benefiċċji soċjali ugwali, kemm jekk ikollhom permess ta’ residenza permanenti u kemm jekk il-permess tagħhom ikun temporanju, qalet il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Id-deċiżjoni tal-Qorti tirreferi għal każ tar-refuġjat Ahmad Shah Ayubi li kien ingħata tliet snin ażil fl-Awstrija f’Settembru tal-2016. F’Marzu 2017 id-distrett ta’ Linz-Land tah benefiċċji soċjali minimi fuq il-premessa li, taħt il-liġi Awstrijaka, l-istatus ta’ refuġjat tiegħu huwa temporanju.
Ahmad Shah Ayubi appella minn din id-deċiżjoni fil-qrati. Ayubi argumenta li t-trattament tar-refuġjati mingħajr permess ta’ residenza permanenti kien inkompatibbli mad-Direttiva dwar il-protezzjoni internazzjonali. Din id-deċiżjoni mistennija toħloq preċedent fost refuġjati bl-istess status ta’ Ayubi.
TISSAĦĦAĦ IL-PARTNERSHIP BEJN L-IŻVIZZERA U L-UE
Read More
IL-HOUSE OF COMMONS TIDDEĊIEDI FIL-11 TA’ DIĊEMBRU
Read More
‘NO COMMENT’
Read More
PROĊEDURI KONTRA L-ITALJA
Read More
GRUEVSKI PROTETT FL-UNGERIJA
Read More
‘OPERAZZJONI SOPHIA’ FIL-PERIKLU
Read More
L-EBDA FTEHIM DWAR TAXXI GĦAS-SUQ DIĠITALI
Read More
BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAR-REFUĠJATI KOLLHA
Read More
Post a comment