L-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu. Dan qalu Alfred Sant f’intervent dwar is-sitwazzjoni fil-Libja fil-Parlament Ewropew. L-Ewropej għandhom id-dmir li juru kif l-akbar interess tagħhom fil-Libja hu l-ġid tal-poplu Libjan. Mhux iż-żejt. Mhux min se jikkontrolla d-daħla lejn ir-riżorsi minerali tal-Afrika Ċentrali.

“L-ewwel irridu naqblu fuq l-essenzjali. Għall-Ewropa, l-essenzjali għandu jkun li l-Libja ma tispiċċax bejta għat-terroriżmu.”

Il-poplu Libjan għandu bżonn l-istabbiltà. Minnha, xi darba, tard jew kmieni, forsi se jinbtu l-paċi u d-demokrazija. Mingħajr l-istabbiltà xejn minn dan ma jista’ jiġri.

M’għandniex naħdmu biex fil-Libja, malajr kemm jista’ jkun, jitwaqqaf reġim li jogħġobna għal raġuni jew oħra. L-indħil barrani fit-tmexxija tal-Libja wassal għall-qagħda ta’ anarkija li teżisti bħalissa.

“F’dan, l-Ewropej iġorru responsabbiltà kbira. Għandna ngħinu, iva, f’kull sforz ta’ rieda tajba li jsir biex il-forzi kollha fil-Libja li jirrappreżentaw interessi ġenwini jkunu mismugħa u mogħtija saħħa. Imma f’dal-proċess, ma nistgħux nibqgħu naqblu mal-paraliżi eżistenti f’kif il-poplu Libjan jista’ jipproċedi biex iwaqqaf istituzzjonijiet nazzjonali.”

L-appoġġ tagħna għandu jingħata lil dawk il-forzi li lesti f’għaqda bejniethom irażżnu l-anarkija preżenti, jipprovdu sigurtà lill-poplu Libjan u jressqu lill-pajjiż lejn l-istabbiltà essenzjali biex is-soċjetà Libjana tkun tista’ tiffunzjona b’mod normali, qal Alfred Sant.

Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Alfred Sant fuq din il-link:

https://youtu.be/wBppTroJM_Q

_0005_europe-map

JAGĦLAQ IL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew din il-ġimgħa laqqa’ l-aħħar sezzjoni plenarja fi Strasburgu għal din il-leġiżlatura. Il-Parlament Ewropew jerġa’ jiftaħ b’deputati ġodda wara ...
Read More
_0003_malta-aerial

“MALTA GĦANDHA BŻONNOK”

“Malta għandha bżonn lil Alfred Sant. Alfred għandu l-esperjenza, dik it-tip ta’ viżjoni li fil-Parlament Ewropew u f’kull post iġib ...
Read More
alfredsant-josephmuscat

 “JIEN MALTI QABEL MA JIEN EWROPEW”

“Jiena Malti qabel ma jien Ewropew. Irridu nżommu qawwija l-fiduċja f’Malta – Malta tagħna, Malta li tiġi l-ewwel u qabel ...
Read More
conference-gozo

‘LEST NIBQA’ L-VUĊI TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA’

L-ex Prim Ministru Laburista Alfred Sant qal li jekk jikseb il-fiduċja tal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej jibqa’ il-vuċi ta’ Għawdex fl-Ewropa u ...
Read More
finland-sdp

IS-SOĊJALISTI DEMOKRATIĊI JEGĦLBU LIL LEMIN ESTREM FIL-FINLANDJA

Fl-elezzjoni ġenerali tal-Finlandja s-Soċjalisti u Demokratiċi għelbu bi żbrixx lill-Partit tal-Lemin estrem fil-Finlandja meta fl-elezzjoni ġenerali ġabu l-aktar voti b’17.7% ...
Read More
boeing777

TARIFFI ĠODDA FUQ PRODOTTI AMERIKANI

L-UE qed tikkonsidra tagħmel tariffi ġodda fuq prodotti Amerikani biex tpatti għas-sussidji li qed tirċievi l-kumpanija tal-ajruplani Amerikana Boeing mill-Istati ...
Read More
divers

ID-DIVING RIŻORS GĦAL GĦAWDEX DAQS IT-TEMPJI

Is-settur tad-diving għal Għawdex huwa riżors importanti daqs iċ-Ċittadella u t-Tempji Megalitiċi, qal l-ex Prim Ministru Alfred Sant meta żar ...
Read More
fighting-libya

BIEX IL-LIBJA MA SSIRX BEJTA TAT-TERRORIŻMU

L-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu. Dan qalu Alfred Sant f’intervent dwar is-sitwazzjoni fil-Libja fil-Parlament Ewropew. L-Ewropej ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment