L’uboš Blaha, Filosofu Marxist u membru parlamentari Slovakk qal li jekk l-Islovakkja għandha ġġorr il-piż tal-immigranti, mela l-kumplament tal-UE għandha tieħu ftit mill-500,000 Roma li hemm imxerrdin fil-pajjiż. Blaha jimmilita fil-partit taċ-Ċentru Xellug SMER. Il-ħsieb ta’ Blaha fis-Slovakkja huwa komuni. Is-Slovakkja hija kontra l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni li tordna lil kull pajjiż jilqa’ numru sostanzjali ta’ immigranti.

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qanqal ir-rabja ta’ sħabu l-Ewropej meta qal li s-Slovakkja lesta tieħu biss immigranti li huma Kristjani. Wara l-attakki ta’ Pariġi qal li, “se ngħasses fuq kull Musulman li jgħix f’pajjiżna”. Fico fetaħ kawża kontra l-UE għax ma jridx jaċċetta l-kwoti tal-immigranti li qed timponi l-Kummissjoni u wiegħed lin-nazzjon Slovakk li “qatt m’hu se nġib immigrant wieħed fis-Slovakkja.”

Taħt is-sistema tal-kwoti tal-UE, is-Slovakkja kellha tieħu 802 immigrant rilokati mill-Greċja u l-Italja. Minflok mxiet mar-regola imposta mill-UE, is-Slovakkja għażlet hi 149 refuġjat Kristjan mill-kampijiet fl-Iraq.

80% tal-popolazzjoni Slovakka ma tridx immigranti. Jekk il-gvern jagħmel dak li trid l-UE u jmur kontra l-poplu Slovakk, jikber l-appoġġ lejn il-faxxisti kif qed jiġri fi bliet Ewropej oħra. Is-Slovakki qed jaraw li l-multikulturaliżmu falla f’ibliet bħal Brussell u Pariġi allura jirraġunaw, “Għaliex għandna nippruvaw il-multikulturaliżmu hawn?” Ħarsa fit-toroq Slovakki wieħed jintebaħ li ma hemmx wisq taħlit ta’ razez u kuluri. Is-Slovakki jridu li pajjiżhom jibqa’ eteroġeniku.

 

 

 

 

FTIT SUSTANZA F’VENTOTENE

Lill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi din il-ġimgħa rajnih jilqa’ lil Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u lil President Franċiż Francois Hollande ...
Read More

SE JIRRIFLETTU DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fis-16 ta’ Settembru l-kapijiet ta’ stat tas-27 pajjiż tal-UE se jiltaqgħu fi Bratislava biex ikomplu jirriflettu fuq il-politika Ewropea tal-futur ...
Read More

JEKK MHUX MILL-BIEB MIT-TIEQA

Din is-sena bil-baħar diġa` waslu 266, 524 immigrant fuq ix-xtut Ewropej.  3, 156 ma temmewx il-vjaġġ għax għerqu fl-ibħra tal-Mediterran ...
Read More

BIEX JAĊĊETTAW L-IMMIGRANTI JRIDU JIĦDULHOM 500,000 ROMA

L’uboš Blaha, Filosofu Marxist u membru parlamentari Slovakk qal li jekk l-Islovakkja għandha ġġorr il-piż tal-immigranti, mela l-kumplament tal-UE għandha ...
Read More

L-IMPATT INIZJALI TAL-BREXIT

Uffiċċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew huma tal-fehma li l-impatt inizjali tal-Brexit se jinħass fil-limiti tar-Renju Unit stess għalkemm xorta għad hemm ...
Read More

RAJOY JIPPROVA JGĦAQQAD GVERN FI SPANJA

Mariano Rajoy se jipprova jikkonvinċi lil Parlament Spanjol biex jifforma gvern f’dibattitu li se jibda fit-30 ta’ Awwissu , wara ...
Read More

TINSTAB SOLUZZJONI GĦALL-ORKESTRA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea aċċertat lill-Ewroparlamentari Alfred Sant li sabet soluzzjoni biex l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni (EUYO)  tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet tagħha. Dan wara ...
Read More

XARABANK BLA XUFIER

Tiftakarhom il-karozzi li jimxu waħedhom, mingħajr xufier, forsi f’xi film tal-biża’ jew f’xi cartoons ta’ Scooby-doo? Fid-dinja teknoloġika tal-lum, il-karozzi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment