Il-Kummissjoni Ewropea se tipprova tagħti inċentivi lil pajjiżi Afrikani u dawk tal-Lvant Nofsani bħal-Libanu u l-Ġordan biex iżommu l-immigranti f’pajjiżhom.  Din l-istrateġija hija bbażata fuq inċentivi finanzjarji li jistgħu jwasslu għal total ta’ investiment li jlaħħaq €62 biljun.

Il-Kummissjoni qed tipproponi azzjoni fuq żewġ fronti: f’perijodu qasir tipprovdi inċentivi lil pajjiżi. Dawn jinkludu għajnuna finanzjarja għal titjib fit-tmexxija tal-fruntieri tagħhom u għaż-żamma tar-refuġjati f’pajjiżhom; il-pjan fit-tul jinkludi l-finanzjament għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ dawn il-pajjiżi.

Il-pajjiżi li jingħataw il-prijorita` huma n-Niġer, Niġerja, Mali, Etjopja, Senegal, Libanu u l-Ġordan. L-għan tal-Kummissjoni huwa li nieshom jibqgħu f’pajjiżhom. Il-pajjiżi li jaħdmu mal-KE jirċievu trattament speċjali. Id-diskussjonijiet ma’ dawn il-pajjiżi se tiffoka fuq ir-ritorn tal-immigranti. Il-Kummissjoni saħqet li faċilment tista’ ttella’ s-somma ta’ €62 biljun minn sorsi differenti li jinkludu s-settur privat u l-involviment tal-istati membri. Fil-ħarifa l-Kummissjoni se tħejji €3.1 biljun għal dan il-fond.

Il-pajjiżi terzi jridu jwettqu l-obbligi internazzjonali tagħhom biex jieħdu l-finanzjamenti. Dawn l-obbligi jinkludu – tmexxija tajba tal-fruntieri kif ukoll id-dħul taċ-ċittadini tagħhom lura pajjiżhom. Il-Kummissjoni qalet li din l-istrateġija tgħin biex jonqsu l-immigranti li jittantaw xortihom billi jaqsmu l-Mediterran.

BIDU IMBARAZZANTI GĦAL UEFA 2016

SUPER VICTOR, il-maskot uffiċċjali tal-UEFA 2016 kellu bidu imbarazzanti meta sar magħruf li dan l-isem jirreferi wkoll għal ġugarell sesswali ...
Read More

L-ORKESTRA EWROPEA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SE TIBQA’ DDOQQ

Il-Kummissjoni Ewropea sabet sussidji għall-orkestra taż-żgħażagħ tal-UE sal-aħħar tal-2016, wara li kienet qablet li twaqqafha.  L-orkestra sinfonika taż-żgħażagħ tnediet fl-1976 ...
Read More

TKOMPLI S-SAGA TAL-GLYPHOSATE

Il-Kummissjoni Ewropea se tlaqqa’ l-Kumitat tal-Appell fit-23/24 ta’ Ġunju dwar l-użu tal-bexx glyphosate. Il-glyphosate hija kimika użata fl-agrikoltura li filwaqt li ...
Read More

L-EBDA SAJD TAL-MARLOZZ QRIB TAGĦNA

Il-Kummissjoni waqqfet is-sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fil-Mediterran, f’żona bejn l-Italja, Malta u t-Tuneżija. L-għan huwa li tiżdied il-popolazzjoni tal-ħut, fosthom tal-marlozz ...
Read More

JIŻDIEDU T-TAXXI FL-AJRUPORTI EWROPEJ

Linji tal-ajru u ajruporti Ewropej mhumiex jaqblu dwar iż-żidiet li kien hemm fl-ajruporti fl-aħħar snin. L-akbar 21 ajruport fl-Ewropa, f’10 ...
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ SERVIZZI FINANZJARJI B’SAĦĦITHOM

Bil-mod kif qed tinbena l-Ewropa bħalissa u minħabba s-sistema ekonomika globalizzata li ngħixu fiha, l-Ewropa għandha bżonn servizzi finanzjarji b’saħħithom ...
Read More

FICO JŻOMM SOD DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico wiegħed li jkun medjatur onest hekk kif pajjiżu se jkollu l-Presidenza għas-sitt xhur li ġejjin, ...
Read More

GĦAJNUNA LIT-TUNEŻIJA U LIL-LIBJA

Il-Parlament Ewropew approva self ta’ €500 miljun lit-Tuneżija bħala assistenza finanzjarja bi ftehim mal-Fond Monetarju Internazzjonali. It-Tuneżija għadha ma rkupratx ...
Read More

L-ECON MAQTUGĦ MIR-REALTAJIET EKONOMIĊI TAL-BLIET U RĦULA EWROPEJ

Alfred Sant qal li d-deliberazzjonijiet tal-ECON, responsabbli mill-politika ekonomika u finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, huma wisq iggwidati mit-twemmin ta’ nies maqtugħin ...
Read More

BIEX JAQSMU ANQAS IMMIGRANTI LEJN IL-MEDITERRAN

Il-Kummissjoni Ewropea se tipprova tagħti inċentivi lil pajjiżi Afrikani u dawk tal-Lvant Nofsani bħal-Libanu u l-Ġordan biex iżommu l-immigranti f’pajjiżhom.  ...
Read More

MALTA, BĦAS-SUD TAL-EWROPA, INJORATA FIL-‘PJAN JUNCKER’

Malta, bħall-pajjiżi tal-periferija tal-Ewropa, mhumiex inklużi fil-proġetti approvati mill-Pjan Juncker. Dawn il-proġetti ttieħdu mill-pajjiżi l-kbar, l-aktar minn Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI U T-TERRORIŻMU WARA L-VOT TAL-BREXIT

L-għada li r-Renju Unit jivvota dwar is-sħubija tiegħu fl-Unjoni Ewropea, se ssir diskussjoni dwar l-effetti ta’ dan il-vot fuq l-immigrazzjoni ...
Read More

X’EFFETT IĦALLI BREXIT FUQ MALTA?

Rapport ta’ S&P jgħid li Malta, l-Irlanda u Ċipru, tliet gżejjer b’konnessjonijiet storiċi mar-Renju Unit, ikunu partikolarment affettwati bil-ħruġ tar-Renju ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment