F’Summit  dwar l-immigrazzjoni bejn Franza, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja u ċ-Chad, Niger u l-Libja ntlaħaq qbil li jiżdiedu l-isforzi biex tkun ikkontrollata l-immigrazzjoni mil-Libja lejn l-UE.

Il-pjan ta’ azzjoni jinkludi sforzi biex, permezz ta’ metodi aħjar, jinqabdu t-traffikanti tal-persuni u l-gruppi tagħhom, li ħafna minnhom għandhom rabta mat-terroriżmu.

Il-pjan jinkludi l-istabilita` tal-Libja taħt it-tmexxija tal-Ġnus Magħquda u t-tisħiħ tal-gwardji tal-kosta Libjani. Jinkludi wkoll ħolqien ta’ infrastrutturi biex jospitaw l-immigranti li diġa` qegħdin il-Libja, skont il-liġijiet internazzjonali.

Kien hemm qbil li fiċ-Chad u Niger ikun hemm żoni li jospitaw u jidentifikaw lill-immigranti. Dawk eleġibbli li jitolbu l-ażil fl-UE jistgħu jibdew il-proċedura mingħajr ma jkollhom għalfejn jaqsmu l-Mediterran u jipperikolaw ħajjithom.

Il-mexxejja ddiskutew modi kif jappoġġjaw ir-ritorn lura tal-immigranti fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom u modi oħra kif ikunu appoġġjati l-ekonomija u l-iżvilupp fl-Afrika.

Ma hemmx soluzzjonijiet faċli, imma l-mexxejja tal-pajjiżi wiegħdu li jnaqqsu l-imwiet fid-deżert u fil-Mediterran.

L-GĦAQDA POLITIKA: IS-SITT XENARJU TAL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru, il-President tal-KE Jean-Claude Juncker mistenni jżid xenarju ieħor, is-sitt ...
Read More

BREXIT – “ L-EWWEL ID-DIVORZJU MBAGĦAD IL-KUMMERĊ

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker saħaq li n-negozjati dwar il-kummerċ bejn ir-Renju Unit u l-UE għal wara li r-Renju Unit ...
Read More

21 MPE BLA RISPOSTA

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa involut kompletament fil-proċess tat-taħditiet tal-Brexit u għalhekk id-drittijiet taċ-ċittadini Britanniċi u tal-UE jaqgħu taħt il-kappa tal-obbligi ...
Read More

MERKEL FUQ QUDDIEM

Il-Konservattivi (CDU) ta’ Angela Merkel jinsabu fil-vantaġġ bi 15-il punt ta’ persentaġġ fuq il-partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi (SPD) ta’ Martin ...
Read More

IL-POLONJA TIRREŻISTI R-RILOKAZZJONI TAL-IMMIGRANTI

Il-Polonja ma tridx immigranti f’pajjiżha u lesta tiddefendi l-każ tagħha quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Din kienet it-tweġiba tal-awtoritajiet Pollakki wara ...
Read More

BIEX JONQSU L-IMWIET FID-DEŻERT U FIL-MEDITERRAN

F’Summit  dwar l-immigrazzjoni bejn Franza, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja u ċ-Chad, Niger u l-Libja ntlaħaq qbil li jiżdiedu l-isforzi biex tkun ...
Read More

MHUX SE JINXTRAW AKTAR ĊEDOLI TAL-GVERNIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mistenni jimplimenta l-ewwel passi biex joħroġ mill-pjan li jixtri miljuni ta’ ċedoli tal-gvernijiet, magħruf bħala ‘quantitative ...
Read More

IR-RUMANIJA  FIŻ-ŻONA EWRO FL-2022

Ir-Rumanija tista’ tkun fiż-żona ewro fl-2022 qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Rumen Teodor Melescanu. “Fil-preżent diġa` lħaqna r-rekwiżiti kollha biex nidħlu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment