Matul ix-xhur u s-snin li għaddew, l-uffiċċju tal-MPE Alfred Sant ħareġ stqarrijiet għall-istampa u ittri aħbar ta’ kull xahar biex iżommu liċ-ċittadini Maltin infurmati dwar l-aħħar żviluppi fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-ħidma ta’ Sant fil-Parlament Ewropew.

L-ittri aħbar ittellgħu fuq il-portal ta’ Alfred Sant u ntbagħtu b’email lill-abbonati. F’kull ittra aħbar, kienet tidher informazzjoni bl-Ingliż u bil-Malti dwar erba’ suġġetti. Dawn kienu jinkludu interventi ta’ Alfred Sant fil-plenarja tal-Parlament Ewropew u attivitajiet ewlenin oħra. Skont l-iżvilupp taċ-ċirkostanzi, inħarġu stqarrijiet għall-istampa b’rabta ma’ dak li jkun qed jiġri biex jippreżentaw l-interventi ta’ Sant fil-Parlament u fi bnadi oħra dwar suġġetti li kienu fuq l-aġenda Ewropea jew Maltija.

Sadattant, l-uffiċċju ppubblika u mexxa fuq Facebook u fuq Instagram interventi regolari oħra li Alfred Sant baqa’ jagħmel. B’hekk tpoġġew fuq l-internet sensiela twila ta’ kummenti u fehmiet li kienu ffokati l-aktar fuq żviluppi politiċi u ekonomiċi Ewropej u Maltin. Ipprogrammati kull ġimgħa, għal aktar minn 250 ġimgħa, l-interventi ta’ Alfred Sant laħqu firxa ta’ udjenza potenzjali ta’ aktar minn 27,000 fuq il-media soċjali.

Barra minn hekk, Alfred Sant baqa’ kontinwament jippublika artikli ta’ opinjoni u kitbiet oħra minn fuq il-media Maltija waqt li minn fuq il-mezzi tax-xandir Maltin u internazzjonali bħal France 5, kien mistieden kemm-il darba biex jiddiskuti materji Ewropej.


For the Record…Keeping Maltese people informed about the latest European Union developments

Over the months and years, Alfred Sant’s MEP office issued media releases and monthly newsletters to keep Maltese citizens informed about the latest European Union developments and Sant’s work at the European Parliament. 

Newsletters were uploaded on Alfred Sant’s website and emailed to subscribers. Every newsletter featured in Maltese and English four items that included Alfred Sant’s interventions at the plenary of the European Parliament and other main activities. Media releases were issued as the occasion demanded to cover Sant’s contributions in the Parliament and elsewhere on ongoing salient issues.

In parallel, the office managed Alfred Sant’s Facebook and Instagram inputs through which targeted comments and positions about European and Maltese political and economic developments were posted on the internet. Programmed on a weekly basis for over 250 weeks, these inputs achieved a potential audience range of over 27,000. 

In addition, Alfred Sant maintained a steady flow of opinion and other articles on Maltese media and was invited to discuss European issues on Maltese and International TV stations such as France 5.

B’rendikont Finali…Xogħol marbut ma’ attivitajiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew (2019-2024)

Fil-kariga ta’ negozjatur tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew, l-eks Prim Ministru Alfred Sant kellu responsabbiltà fit-tħejjija ta’ liġijiet ...
Read More

B’rendikont Finali…Inżommu lill-Maltin infurmati dwar l-aħħar żviluppi fi ħdan l-Unjoni Ewropea

Matul ix-xhur u s-snin li għaddew, l-uffiċċju tal-MPE Alfred Sant ħareġ stqarrijiet għall-istampa u ittri aħbar ta’ kull xahar biex ...
Read More

B’rendikont Finali…Temi Maltin u Ewropej

Temi Maltin u Ewropej programm televiżiv ta’ informazzjoni u kummentarju f’format ta’ diskussjoni ġie mniedi mill-uffiċċju lokali tal-MPE Alfred Sant ...
Read More

B’rendikont Finali…Grazzi mill-qalb lill-kollegi u l-assistenti kollha tiegħi

F’dawn l-aħħar għaxar snin, minn mindu ġejt elett bħala MPE Laburista, kelli x-xorti li naħdem ma’ tim ta’ kollegi u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment