Fil-kariga ta’ negozjatur tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew, l-eks Prim Ministru Alfred Sant kellu responsabbiltà fit-tħejjija ta’ liġijiet u rapporti Ewropej fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew.

Dawn kienu jinkludu Rapport li ħadem fuqu Alfred Sant dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ir-Regolament Ewropew imlaqqam DORA, l-Att dwar il-Listing u Rapport speċjali għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew dwar l-Att fuq is-Servizzi Diġitali.

Rapport dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali

Alfred Sant kien ir-rapporteur għall-Grupp tal-S&D fil-Parlament Ewropew għal Rapport li ħadem fuqu bit-titlu ‘Further development of the CMU: improving access to capital market finance, in particular by SMEs, and further enabling retail investor participation’ – ‘Lejn aktar żvilupp tal-għaqda tas-Swieq Kapitali Ewropej: Lejn titjib tal-aċċess għal finanzi mis-swieq kapitali u biex tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni tal-investituri ż-żgħar’. Bħala rapporteur għall-S&D, Alfred Sant iltaqa’ mal-għaqdiet involuti f’das-settur bħall-Federation of European Securities Exchanges u Insurance Europe – u mbagħad għamel emendi favur il-pożizzjoni ta’ investituri u kumpaniji żgħar.

DORA

Alfred Sant kien ir-rapporteur f’isem il-Grupp tal-S&D fid-diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew li wasslu għall-addozzjoni mill-Parlament tar-Regolament Ewropew imlaqqam DORA. Dan jistabbilixxi rekwiżiti stretti għal kif il-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fl-Ewropa kollha għandhom imexxu u jamministraw is-sigurtà tan-netwerk elettroniku u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom. DORA jpoġġi lill-entitajiet finanzjarji taħt mandat biex isegwu proċeduri komuni maħsuba ħalli jipprevjenu u jtaffu attakki diġitali, kif ukoll miżuri komuni mfassla sabiex jirkupraw minn tfixkil relatat mat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Ħafna mill-123 emenda ta’ Sant għall-abbozz ta’ liġi kif ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea ġew adottati.

L-Att dwar il-Listing

Alfred Sant kien in-negozjatur ewlieni kemm għall-S&D kif ukoll għall-Parlament Ewropew għall-Att dwar il-Listing. Il-Listing huwa l-proċess li bih il-kumpaniji joħorġu ishma għall-bejgħ lill-pubbliku fil-boroż tal-ishma u mbagħad isegwu l-bejgħ u x-xiri li jsir tagħhom fis-swieq kapitali. L-uffiċċju tal-Parlament Ewropew tal-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant ippropona bidliet fl-abbozz tal-Att li jħaffu l-proċess li bih in-negozji żgħar u medji jistgħu jbigħu l-ishma tagħhom lill-pubbliku u kif ukoll jemendaw ir-regolamenti Ewropej eżistenti, jiġifieri d-Direttiva tal-Prospett li jinħareġ meta ishma jiġu offruti għall-bejgħ, ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq magħrufa bħala MAR, u r-Regolament u d-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji li permezz tagħhom il-kummerċ fl-ishma huwa regolat taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea. Wara diskussjonijiet estensivi mal-partijiet interessati, il-proposti kollha ta’ Sant ġew approvati mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew. Sussegwentement Sant mexxa laqgħat ta’ trilogu bejn il-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew biex jasal għal dokument finali għall-Att dwar il-Listing li se jidħol fis-seħħ dalwaqt.

Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Fl-2021, Alfred Sant inħatar bħala r-rapporteur tal-S&D għall-Opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew fuq l-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Il-miżuri diġitali stabbiliti f’dan ir-Regolament ifittxu li jipprovdu liċ-ċittadini Ewropej b’aċċess aktar sikur u aktar trasparenti għall-pjattaformi online. Dan l-approċċ ġie applikat għan-negozji kollha involuti fis-servizzi diġitali u kopra wkoll ir-reklamar diġitali. F’isem il-Grupp tal-S&D, Sant għarbel b’mod kritiku l-aspetti makroekonomiċi u dawk relatati mal-kompetizzjoni u l-punti li qajjem issarrfu f’silta sinifikattiva tal-Opinjoni finali.


For the record…Inputs to the European Parliament’s legislative activities (2019-2024)

As negotiator for the Socialist and Democrats (S&D) Group in the European Parliament, former Prime Minister Alfred Sant helped to prepare European laws and reports in the Economic and Financial Committee of the European Parliament (ECON). 

These included a Capital Markets Union (CMU) own initiative Report, the European Regulation nicknamed DORA, the Listing Act and a special Report for ECON on the Digital Services Act (DSA).

CMU own initiative Report

Alfred Sant was the rapporteur for the S&D Group in the European Parliament for an own initiative Report entitled ‘Further development of the CMU: improving access to capital market finance, in particular by SMEs, and further enabling retail investor participation’. As rapporteur for the S&D, Alfred Sant met stakeholders – like the Federation of European Securities Exchanges and Insurance Europe – and then made amendments in favour of the position of small investors and small companies.

DORA

Alfred Sant was the rapporteur on behalf of the S&D Group concerning the adoption by the European Parliament of the European Regulation DORA. This sets stringent requirements for how banks and other financial institutions in all of Europe must manage the security of their electronic network and information systems. It mandates financial entities to follow common procedures intended to prevent and mitigate cyber threats as well as common measures that must be followed in order to recover from ICT-related disruptions. Most of Sant’s 123 amendments to the text as presented by the European Commission were adopted.

The Listing Act

Alfred Sant was the lead negotiator for both the S&D as well as for the European Parliament on the Listing Act. Listing is the process by which companies issue shares for sale to the public on stock exchanges. The European Parliament office of Labour MEP Alfred Sant proposed changes in the draft of the Act that would speed up the process by which SMEs may sell their shares to the public and amend as well existing European regulations namely the Prospectus Directive, the Market Abuse Regulation (MAR) and the Markets in Financial Instruments Directive (MIFID) by which trading in shares is regulated under European Union law. Following extensive discussions with all stakeholders, all of Sant’s proposals were approved by the ECON committee. Subsequently Sant led trilogue meetings between the European Council, the European Commission and the European Parliament to arrive at a final document for the Listing Act that will come into force shortly.

ECON Report on the Digital Services Act (DSA)

In 2021, Alfred Sant was appointed as the S&D rapporteur for the European Parliament’s Economic and Monetary Affairs Committee of the European Parliament Opinion on the DSA. The digital rules laid down in the DSA Regulation seek to provide European citizens with a safer and more transparent access to online platforms. This approach was applied to all businesses involved in digital services and covered digital advertising too. On behalf of the S&D Group Sant reviewed macroeconomic and competition aspects and the points he raised featured significantly in the final opinion.

B’rendikont Finali…Xogħol marbut ma’ attivitajiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew (2019-2024)

Fil-kariga ta’ negozjatur tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew, l-eks Prim Ministru Alfred Sant kellu responsabbiltà fit-tħejjija ta’ liġijiet ...
Read More

B’rendikont Finali…Inżommu lill-Maltin infurmati dwar l-aħħar żviluppi fi ħdan l-Unjoni Ewropea

Matul ix-xhur u s-snin li għaddew, l-uffiċċju tal-MPE Alfred Sant ħareġ stqarrijiet għall-istampa u ittri aħbar ta’ kull xahar biex ...
Read More

B’rendikont Finali…Temi Maltin u Ewropej

Temi Maltin u Ewropej programm televiżiv ta’ informazzjoni u kummentarju f’format ta’ diskussjoni ġie mniedi mill-uffiċċju lokali tal-MPE Alfred Sant ...
Read More

B’rendikont Finali…Grazzi mill-qalb lill-kollegi u l-assistenti kollha tiegħi

F’dawn l-aħħar għaxar snin, minn mindu ġejt elett bħala MPE Laburista, kelli x-xorti li naħdem ma’ tim ta’ kollegi u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment