Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant iltaqa’ mal-Ministru Brittaniku Brandon Lewis fil-Parlament Ewropew fi Brussell fejn iddiskutew ix-xenarji possibbli dwar in-negozjati tal-Brexit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Brandon Lewis huwa Ministru Bla Portafoll tal-Gvern Brittaniku u huwa responsabbli għat-tħejjija u l-leġislazzjoni dwar il-Brexit għall-Uffiċċju tal-Kabinett tal-Prim Ministru Theresa May.

Dr Sant u l-Ministru Lewis iddiskutew il-possibilta` tat-tieni Referendum dwar il-Brexit, il-possibilta` ta’ ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit fil-Kunsill Ewropew ta’ Novembru u l-impatt ta’ Brexit fuq is-swieq kapitali u l-ekwivalenza tagħhom fuq prodotti finanzjarji, id-drittijiet taċ- ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u d-drittijiet taċ-ċittadini Brittaniċi fl-UE.

TBASSIR EKONOMIKU POŻITTIV GĦAL MALTA MINKEJJA L-BREXIT

Kollox jindika li Brexit se jseħħ u l-Gvern Brittaniku irid jagħlaq in-negozjati mal-UE sal-aħħar ta’ Novembru. “Kulħadd jixtieq divorzju bi ...
Read More

BREXIT: ALFRED SANT JILTAQA’ MA’ BRANDON LEWIS

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant iltaqa’ mal-Ministru Brittaniku Brandon Lewis fil-Parlament Ewropew fi Brussell fejn iddiskutew ix-xenarji possibbli ...
Read More

IL-PRESIDENZA RUMENA SE TIĠĠIELED IL-KRIMINALITA` ‘ONLINE’

Il-ġlieda kontra l-kriminalita` ‘online’ se tkun il-prijorita` tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE tar-Rumanija. Ir-Rumanija se tieħu t-tmun tal-Presidenza għall-ewwel darba minn Jannar ...
Read More

MOSCOVICI KUNTENT BL-AVVANZ TAD-DEMOKRATIĊI FL-ISTATI UNITI

Il-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Pierre Moscovici esprima l-appoġġ tiegħu għad-Demokratiċi Amerikani, li rebħu l-Kamra tar-Rappreżentanti fl-elezzjonijiet ta’ nofs l-istaġun ...
Read More

JITNEĦĦA Ċ-CHAIRMAN TAD-DANSKE BANK

L-azzjonisti tal-Bank Danske, immexxija mill-kumpanija kbira tat-tbaħħir AP Moller Holding, qablu  li jitneħħa l-President Ole Andersen. Andersen ammetta li ħasel ...
Read More

KUNDIZZJONIJIET MILL-AGĦAR GĦALL-IMMIGRANTI FIL-GREĊJA

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa Dunja Mijatovic qalet li l-Greċja għandha tieħu l-passi meħtieġa biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-integrazzjoni tal-immigranti ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA KAWTA DWAR IT-TURKIJA

Il-Kummissarju tan-Negozjati u t-Tkabbir tal-UE Johannes Hahn saħaq biex jintemmu n-negozjati ta’ dħul tat-Turkija fl-UE. Iżda l-Kummissjoni Ewropea stqarret il-pożizzjoni ...
Read More

KONTRA L-ANTI-SEMITIŻMU FL-EWROPA

Fis-6 u s-7 ta’ Diċembru l-Kunsill tal-UE mistenni jadotta dikjarazzjoni li tħares u tipproteġi l-komunitajiet u l-istituzzjonijiet Lhud fl-Ewropa ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment