Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jħalli nuqqas ta’ €10 biljun ewro fis-sena fil-baġit Ewropew. Il-Prim Ministru Theresa May ħabbret li r-Renju Unit mhux se jibqa’ jikkontribwixxi fil-baġit Ewropew meta joħroġ mill-Unjoni.  Il-baġit Ewropew se jiġi rivedut b’riformi fin-nefqa biex l-Unjoni tagħmel tajjeb għal dat-telf. Din se tkun opportunita` għall-UE biex tkejjel l-ispejjeż reali tagħha u l-benefiċċji tagħha.

Biex ipattu għal dan it-telf, l-istati membri tal-Unjoni aktarx iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom. L-aktar pajjiżi milquta huma l-Ġermanja, l-Olanda, l-Awstrija, l-Isvezja u  Franza. L-aktar pajjiżi affettwati jekk tonqos l-ispiża tal-Unjoni huma l-Ungerija, il-Greċja u l-pajjiżi ċentrali tal-Ewropa.

Għażla oħra tista’ tkun dik li l-Unjoni ddaħħal aktar flus fil-baġit tagħha. Qed tissemma’ reviżjoni tal-VAT, u taxxi marbuta ma’ attivitajiet finanzjarji. Dħul ieħor jista’ jinħoloq minn fuq l-ambjent u l-klima, minn fuq il-fuel u taxxa indiretta minn fuq oġġetti manifatturati f’pajjiżi terzi. Id-deċiżjoni li tittieħed f’dan ir-rigward teħtieġ ftehim unanimu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bejn il-mexxejja tal-istati membri.

Fl-aħħar ta’ Frar kull kumitat tal-Parlament Ewropew mistenni jippreżenta rapport dwar l-impatt tal-Brexit fuq l-oqsma kompetenti tal-kumitati. Dan ir-rapport se jservi ta’ qafas għan-negozjati bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li jibdew f’Marzu.

Sadattant il-Qorti Suprema Ingliża qatgħetha li l-Gvern ma jistax jattwa Artiklu 50 mingħajr qbil fil-Parlament.

IL-LEMIN JGĦOLLI RASU

Aktar minn 3,000 dimostrant inġabru f’Koblenz, fiċ-ċentru tal-Ġermanja nhar is-Sibt biex jipprotestaw kontra l-preżenza tal-mexxejja tal-lemin estrem mill-Ġermanja, Franza, l-Olanda u ...
Read More

BREXIT: €10 BILJUN ANQAS FIS-SENA GĦALL-UE

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jħalli nuqqas ta’ €10 biljun ewro fis-sena fil-baġit Ewropew. Il-Prim Ministru Theresa May ħabbret ...
Read More

IL-PRESIDENZA MALTIJA TAT DIMENSJONI MEDITERRANJA LILL-UE

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa fatt pożittiv li l-Presidenza Maltija tat dimensjoni Mediterranja lill-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-MEDITERRAN U L-LIBJA DISKUSSI F’MALTA

Fis-summit informali tal-mexxejja tal-UE, li se jsir f’pajjiżna fit-3 ta’ Frar, se jkunu diskussi l-Mediterran Ċentrali u l-Libja. Dan ikkonfermah ...
Read More

FENOMENU INKWETANTI

Pierre Moscovici, Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji Pierre Moscovici iddeskriva l-inugwaljanzi bejn l-istati membri tal-UE bħala “fenomenu inkwetanti”. Moscovici qal ...
Read More

AKTAR GASS RUSSU FL-EWROPA

Il-Kumpanija tal-Gass Russa Gazprom esportat numru rekord ta’ gass lejn l-Ewropa u t-Turkija fl-2016, żjieda ta’ 12.5% fuq is-sena ta’ ...
Read More

PRIJORITA` LILL-ĦADDIEMA AWTRIJAĊI

Il-Prim Ministru Awstrijakk Christian Kern qal li l-ħaddiema Awstrijaċi se jkollhom id-dritt tal-prijorita` biex jidħlu f’impjieg. Ħaddiema minn stati membri ...
Read More

FAVUR ID-DRITTIJIET SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA 

Il-Parlament Ewropew approva r-rapport ‘Il-Kolonni Ewropej għad-Drittijiet Soċjali’ li joħloq qafas għall-kundizzjonijiet diċenti fis-settur tal-impjiegi fil-pajjiżi taż-żona Ewro. Ir-rapport, immexxi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment