Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker saħaq li n-negozjati dwar il-kummerċ bejn ir-Renju Unit u l-UE għal wara li r-Renju Unit ikun ħareġ mill-Unjoni, jinbdew biss wara qbil dwar it-termini tad-divorzju bejn iż-żewġ partijiet. Ir-Renju Unit u l-Kummissjoni Ewropea reġa’ kellhom sessjonijiet ġodda ta’ taħditiet li ffokaw fuq id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u Britanniċi li jgħixu barra minn pajjiżhom, ftehim finanzjarju u dwar il-fruntiera bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda ta’ Isfel.

“Nixtieq nagħmilha ċara li qrajt bir-reqqa l-karti kollha maħruġa mill-Gvern Britanniku u xejn ma kien sodisfaċenti. Hemm numru kbir ta’ kwistjonijiet li għad irid jintlaħaq qbil dwarhom. Irridu nagħmluha ċara daqs il-kristall li mhux se nibdew negozjati dwar relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi ġodda qabel ma nistabbilixxu t-termini ta’ divorzju bejn iż-żewġ naħat. Ma nistgħux inħalltu l-kwistjonijiet. Jaqbel li l-ewwel insolvu l-passat qabel ma nħarsu ’l quddiem lejn il-ġejjieni!” qal Juncker  lill-Ambaxxaturi tal-UE.

 

L-GĦAQDA POLITIKA: IS-SITT XENARJU TAL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru, il-President tal-KE Jean-Claude Juncker mistenni jżid xenarju ieħor, is-sitt ...
Read More

BREXIT – “ L-EWWEL ID-DIVORZJU MBAGĦAD IL-KUMMERĊ

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker saħaq li n-negozjati dwar il-kummerċ bejn ir-Renju Unit u l-UE għal wara li r-Renju Unit ...
Read More

21 MPE BLA RISPOSTA

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa involut kompletament fil-proċess tat-taħditiet tal-Brexit u għalhekk id-drittijiet taċ-ċittadini Britanniċi u tal-UE jaqgħu taħt il-kappa tal-obbligi ...
Read More

MERKEL FUQ QUDDIEM

Il-Konservattivi (CDU) ta’ Angela Merkel jinsabu fil-vantaġġ bi 15-il punt ta’ persentaġġ fuq il-partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi (SPD) ta’ Martin ...
Read More

IL-POLONJA TIRREŻISTI R-RILOKAZZJONI TAL-IMMIGRANTI

Il-Polonja ma tridx immigranti f’pajjiżha u lesta tiddefendi l-każ tagħha quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Din kienet it-tweġiba tal-awtoritajiet Pollakki wara ...
Read More

BIEX JONQSU L-IMWIET FID-DEŻERT U FIL-MEDITERRAN

F’Summit  dwar l-immigrazzjoni bejn Franza, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja u ċ-Chad, Niger u l-Libja ntlaħaq qbil li jiżdiedu l-isforzi biex tkun ...
Read More

MHUX SE JINXTRAW AKTAR ĊEDOLI TAL-GVERNIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mistenni jimplimenta l-ewwel passi biex joħroġ mill-pjan li jixtri miljuni ta’ ċedoli tal-gvernijiet, magħruf bħala ‘quantitative ...
Read More

IR-RUMANIJA  FIŻ-ŻONA EWRO FL-2022

Ir-Rumanija tista’ tkun fiż-żona ewro fl-2022 qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Rumen Teodor Melescanu. “Fil-preżent diġa` lħaqna r-rekwiżiti kollha biex nidħlu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment