It-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea m’għandux jintuża bħala opportunita` biex l-Unjoni Ewropea tersaq lejn stat federali. Minkejja l-iskuntentizza dejjem tinfirex fl-Ewropa, it-ton prevalenti fl-Unjoni Ewropea huwa kif l-Unjoni tiġi integrata aktar biex jiġi evitat it-tieni BREXIT. Dan huwa perikoluż ħafna. Dawk li qed jitkellmu favur Ewropa Federali għandhom jikkonsolidaw dak li nkiseb sa issa, wissa l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant waqt konferenza dwar il-BREXIT, lejlet il-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea.

Il-ħatra ta’ Trump bħala President Amerikan turi li l-globalizzazzjoni ħalliet ħafna nies emarġinati u żgur se jkollha impatt fuq in-negozjati tal-BREXIT bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Il-fenomenu ta’ Trump qed jinfirex. Iċ-ċittadini l-minsija issa qed jirċievu l-informazzjoni bit-teknoloġija tal-komunikazzjoni diġitali b’detriment għall-gruppi politiċi tradizzjonali. Il-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni jridu jiġu indirizzati malajr u dan se jkun l-isfond għan-negozjati tal-BREXIT.

‘In-negozjati tal-BREXIT se jkunu kumplessi. L-istati membri tal-UE huma konxji li d-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jsaħħu l-partiti estremisti tal-lemin f’pajjiżhom. Is-Soċjalisti Franċiżi konxji li n-negozjati tal-BREXIT jistgħu jsaħħu l-Front Nazzjonali f’pajjiżhom. Il-Ġermanja taf li l-UE issa se titlef it-tieni l-akbar kontributur bit-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni waqt li Merkel taf li AfD, il-partit tal-lemin estrem fil-Ġermanja se jaħtaf kull opportunita` jekk il-Ġermanja iċċedi għat-talbiet tar-Renju Unit,’ qal Dr Sant.

MIKROBU LI QED IKOMPLI JINFIREX

L-Unjoni Ewropea tinsab anzjuża biex il-President il-ġdid Amerikan iserrħilha rasha dwar ir-rimarki li għamel fil-kampanja elettorali. F’ittra konġunta Donald Tusk, ...
Read More

BREXIT M’GĦANDUX IWASSAL GĦAL STAT FEDERALI

It-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea m’għandux jintuża bħala opportunita` biex l-Unjoni Ewropea tersaq lejn stat federali. Minkejja l-iskuntentizza dejjem tinfirex ...
Read More

BARROSO MA KISIRX REGOLI TAL-ETIKA

Barroso ma kisirx l-integrita` u r-regoli tal-kodiċi tal-etika meta aċċetta impjieg kontroversjali mal-Bank ta’ Investiment Goldman Sachs. Hekk iddeċieda il-Kumitat ...
Read More

IL-FTEHIM MAL-KANADA MISTENNI JIDĦOL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim tal-Unjoni Ewropea mal-Kanada, magħruf bħala CETA, mistenni jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju wara li jkun approvat mill-Parlament Ewropew, probabbli f’Diċembru ...
Read More

IĊ-ĊINA U R-RUSSJA MĦASSBIN DWAR L-AZZAR 

Iċ-Ċina u r-Russja mħassbin dwar l-investigazzjonijiet tal-UE dwar l-azzar importat. Ir-Russja qalet li l-UE qed timponi dazju eċċessiv fuq l-azzar ...
Read More

119 MILJUN RUĦ F’RISKJU TA’ FAQAR FL-EWROPA

In-numru ta’ nies li qegħdin f’riskju ta’ faqar fl-UE naqas u reġa’ niżel għal-livelli ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Mill-2009 ...
Read More

L-ITALJA TAĦT IL-PIŻ TAL-IMMIGRANTI U T-TERREMOTI

L-Italja fl-2017 se tonfoq bejn €6.6 u €7 biljun ewro minħabba t-terremoti u l-kriżi tal-immigrazzjoni. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi Taljan ...
Read More

IL-MEDITERRAN PRIJORITA` GĦALL-PRESIDENZA MALTIJA

Il-Presidenza Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa se tiffoka fuq il-kwistjonijiet marbuta mal-Mediterran qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti George Vella. Malta se tipprova ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment