L-Ungerija qalet li se tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar il-kwoti obbligatorji tal-immigranti iżda se tiġġieled din it-tip ta’ politika b’kull mezz legali u politiku. Il-Gvern Ungeriż qal li għadu qed jirrifletti dwar ir-reazzjoni tal-pajjiż għad-deċiżjoni tal-Qorti. Mhux eskluż għal kollox il-possibilta` li dan il-pajjiż jilqa’ xi ftit immigranti.
Fil-bidu ta’ Settembru il-Qorti Ewropea qablet mad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li l-istati membri jilqgħu kwota ta’ immigranti mill-Greċja u l-Italja biex jinqasam il-piż tal-immigrazzjoni. Il-kwota li kull pajjiż kellu jilqa’ nħadmet fost oħrajn fuq id-daqs u l-ġid tal-pajjiż. L-Ungerija qed topponi din is-sistema.
L-Ungerija qed issejjaħ lill-istati membri u l-istituzzjonijiet Ewropej biex jagħtu aktar widen lill-pajjiżi ċentrali u tal-Lvant tal-Ewropa, għaliex dawn ukoll għandhom vuċi li trid tinstema’ u sehem x’jagħtu.
L-ISTESS ŻARBUN GĦAL MALTA
Read MoreL-EWWEL INTOPPI GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA
Read MoreIL-KATALONJA FIL-LIMBU
Read MoreMITT NEGOZJU BRITANNIKU JITOLBU TRANŻIZZJONI SA TLIET SNIN WARA L-BREXIT
Read MoreL-EWWEL KONKLUŻJONIJIET DWAR IT-TURKIJA GĦAL NOFS OTTUBRU
Read MoreBUDAPEST TWIEGĦED BATTALJA POLITIKA U LEGALI
Read MoreTIBDIL FIR-REGOLI TAX-SCHENGEN
Read MoreIL-KE TRID ISSAĦĦAĦ IŻ-ŻONA EWRO
Read More
Post a comment