‘Esthechoc’ hija ċikkulata ġdida maħluqa mill-Universita` Ingliża ta’ Cambridge, twiegħed li tagħti spinta liċ-ċirkolazzjoni u żżomm il-ġilda milli tixjieħ u titkemmex. Biċċa ‘Esthechoc’ ta’ 7 grammi għandha l-benefiċċju nutrittiv ta’ flett tas-salamun. Min għandu 60 sena u jiekol iċ-ċikkulata għal ftit ġimgħat, jibda jidher ta’ 30. Mhux hekk biss, biċċa ċikkulata għandha 38 kaloriji biss u allura hija tajba wkoll għal min hu dijabetiku. Din se tinbiegħ f’kaxxi u se tkun għolja fil-prezz. Aktarx mhux se nsibuha għand tal-growser. Se tinbiegħ biss minn ħwienet ta’ klassi għolja.
L-istess Universita` impjegat persuna apposta biex tistudja ċ-ċikkulata. Il-proġett, ta’ tliet snin u nofs, għandu l-għan li jinvestiga modi kif iċ-ċikkulata ma ddubx fis-sħana. Għal dan l-impjieg, setgħu japplikaw biss ċittadini Ewropej. L-applikanti kellhom ikunu tajbin fil-matematika. Kif jintemm il-proġett fl-Ewropa jkollna l-ewwel professur fiċ-ċikkulata.

Facebook Comments

Post a comment