Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant tkellem dwar id-diffikultajiet li jaffaċċjaw gżejjer żgħar meta jiġu biex jorganizzaw u jsostnu s-sistemi tat-trasport għall-komunitajiet tagħhom. Minħabba ċ-ċokon tagħhom, minħabba l-istess insularità tagħhom, se jkollhom spejjeż relattivament ogħla minn ta’ impriżi simili li joperaw f’territorji akbar u b’qagħda aktar ċentrali.
Alfred Sant qal li hija pożizzjoni estrema li l-KE tippretendi li azjendi li jinnegozjaw bi żvantaġġi ċari jobdu r-regoli dwar kif għandha ssir il-kompetizzjoni f’sitwazzjoni ħafna aktar mifruxa. Dan iwassal biex l-impriżi li joperaw fi gżejjer fil-periferija jkollhom jikkompetu fuq bażi mhux sostenibbli. Dawn il-kumpaniji għandhom bżonn is-sussidji. Jekk ifallu, kif għamlet Cyprus Airways ftit ilu, ibatu l-komunitajiet li jgħixu fl-imbiegħed.
L-argument japplika għall-Air Malta u għall-Gozo Channel.

Facebook Comments

Post a comment